Home arrow News arrow News arrow  Il-Banda Prekursur taghmel Programm Muzikali fuq il-plancier
Il-Banda Prekursur taghmel Programm Muzikali fuq il-plancier PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Contributed by Joseph   
Jun 23, 2010 at 07:10 PM

Il-Banda tal-lokalita taghna, dik il-Prekursur, zammet l-appuntament taghha li kull sena taghmel programm muzikali fil-gimgha tal-festa.  Din is-sena ghamlietu l-bierah 22 ta' Gunju 2010.  Il-programm kien imzewwaq gmielu u n-nies prezenti tpaxxew bl-armonija tal-muzika tal-banda.  Kantanta mix-Xewkija Marthese Borg kantat f'wahda mill-bicciet muzika mal-banda li ggib l-isem 'My Heart Will Go On'.  Imbaghad kien imiss lill-kantant ihor Ghawdxi Mario Caruana li flimkien mal-Banda kanta id-diska ta' Elvis Presley 'Suspicious Mind'.  Din il-muzika kienet immexxija mill-assistent surmast tal-banda Mro. Mark Gauchi.  Ir-Rock Opera 'Gensna' hi popolari maghna l-Maltin u l-Banda daqqet siltiet minn din l-opera fuq arrangament ghall-banda mis-Surmast Direttur Mro.Anthony Borg.  Barra dawn il-Banda daqqet tlett bicciet muzika li huma: Tannhause, My Secret Lovesong u Radetzky March.  Il-programm spicca bl-innu 'La Nattivita di San Giovanni Battista'.{informazzjoni: Joseph Vella, ritratti: Jason Attard}

DSCN5076
DSCN5075(1)

 

 

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 24, 2010 at 07:58 PM )
<Previous   Next>
Wednesday, 1 st May 2024
21:05 
A+ | A- | Reset