Home arrow News arrow Skola arrow Skola arrow Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter
Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
May 04, 2008 at 03:27 PM

Ezamijiet Junior Lyceum: It-Tnejn, 5 ta’ Mejju sal-Gimgha, 9 ta’ Mejju. L-iskola tibda fil-10.45am It-Tlieta, 6 ta’ Mejju:  Tahdita ghall-genituri tat-tfal tal-Year 5  mill-OASI. Hin: 1pm.  Tonqsux!Id-Dental Hygienist se jkellem lit-tfal tal- Yr 1 u Yr 4.  It-tfal tal-Yr 2 se jkollhom mumenti ta’ qari fil-librerija tal-Kunsill. 

Tpingijiet Red Cross: L-Erbgha, 7 ta’ Mejju jingabru t-tpingijiet ghall-kompetizzjoni tar-Red Cross.

Book Fair u Plant Fair:  Fl-okkazjoni ta’ Jum l-Omm, min-nhar it-Tlieta 6 ta’ Mejju sal-Gimgha, 9 ta’ Mejju, fl-iskola se jkollna dawn il-fieri biex it-tfal ikunu jistghu jixtru xi haga zghira lill-ommhom, zija, nanna, ohthom…  permezz ta’ din in-nota, nixtiequ lill-OMMIJIET KOLLHA l-festa t-Tajba 

Klabb Sajf:  Infethu l-applikazzjoni ghal Klabb Sajf.  Dan ikun tliet darbiet fil-gimgha. Kull min hu nteressat ikellem lil Ms. Mariella Grech.

Skola Sajf:  L-applikazzjoni ghal SkolaSajf 2008 issa miftuha.  Isir hlas ta’ €11.50 (Lm4.94). Dawn isiru ghall-Klassijiet tal-Year 4,5 u 6 minn studenti universitarji. Mit-Tnejn sal-Gimgha,  bejn id-9am u 12.00pm. Huwa mument tajjeb biex l-istudenti taghna ma jitghazznux fis-sajf.  Jibda fl-14 ta’ Lulju sal-5 ta’ Settembru. Ghal aktar dettalji, kellmu lil Mr Tabone.

Kindergarten: Il-Kap ta’ l-Iskola Primarja ‘Rosa Magro’ fix-Xewkija fi hdan il-Kullegg ta’ Ghawdex, jixtieq javza lil dawk il-genituri li uliedhom twieldu  bejn Mejju 2005 u April 2006 u li behsiebhom jidhlu fil-kindergarten , biex imorru jiktbuhom l-iskola sa nhar il-Gimgha, 9 ta’ Mejju.  Il-genituri huma mitluba jiehdu maghhom ic-certifikat tat-twelid tat-tifel/tifla u l-ktieb tat-tilqim.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Dec 10, 2008 at 10:43 PM )
<Previous
Saturday, 20 th April 2024
07:16 
A+ | A- | Reset