Home arrow News arrow News arrow Izjed successi ghal-kantanta Sarah Bonnici
Izjed successi ghal-kantanta Sarah Bonnici PDF Print E-mail
User Rating: / 5
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Aug 06, 2010 at 01:08 PM

    Il-kantanta mix-Xewkija Sarah Bonnici giet maghzula bhala wahda mill-20 finalisti tal-Malta Junior Eurosong 2010 li ser isir nhar is-Sibt, 4 ta’ Settembru 2010.  Il-kanzunetta originali taghha li ser tikkompeti biha jisimha “Kitty-Kitty-Cat”. Nawguraw lil Sarah l-ikbar success f’dan il-festival tant prestigjuz.

    Sarah kantat f’diversi ‘festivals gewwa Malta u Ghawdex. Hija dejjem harget bl-unuri. L-aktar tnejn ricenti huma; l-Festival Marjan li sar f’Mejju li ghadda gewwa l-Oratorju Don Bosco,  fejn kantant il-kanzunetta “Ghidli Ghalfejn”, cover version ta’ “The Greatest Love of All”, bil-kliem ta’ Mark Laurence Zammit. F’dan il-festival Sarah rebhet l-ewwel post f’sezzjoni B kif ukoll rebhet l-Overall Cup. Festival iehor li gie organizzat minn Stardust Promotions, “L-Ghanja tal-Maltin” sar nhar is-Sibt 31 ta’ Lulju 2010 gewwa r-Razzett tal-Hbiberija, Marsascala. Sarah rebhet premju ghall-aqwa vuci ta’ sezzjonijiet A & B u rebhet l-ewwel post f’sezzjoni B, bil-kanzunetta “Qawsalla”, kliem u muzika ta’ Miriam Christine Warner.[ Informazzoni u ritratti: E. Bonnici ]

 
Sarah - L-Ghanja tal-Maltin-1024

 Sarah Bonnici (fin-nofs) rebbieha tal-Festival
"L-Ghanja tal-Maltin"

 

 
Sarah
 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Aug 06, 2010 at 06:29 PM )
<Previous   Next>
Monday, 29 th April 2024
08:41 
A+ | A- | Reset