Home arrow News arrow News arrow Xewki fost il-Vittmi tal-Kamra tan-Nar ta' Farrugia Brothers
Xewki fost il-Vittmi tal-Kamra tan-Nar ta' Farrugia Brothers PDF Print E-mail
User Rating: / 3
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Sep 07, 2010 at 06:45 AM

 Jean Pierre Azzopardi, guvni ta' 27 sena mix-Xewkija, huwa wiehed mil-vitmi li hallew hajjithom nhar il-Hadd 5 ta' Settembru 2010 fid-dizgrazzja tal-Kamra tan-Nar ta' Farrugia Brothers fl-Gharb Ghawdex. Jean Pierre kien maghruf u mahbub hafna fix-Xewkija ghax kien jaghti daqqa t'id f'hafna ghaqdiet tar-rahal fosthom fil-Kumitat tan-Nar u l-Ghaqda Drammatika Xewkija.

Pero id-delizzju ewlieni tieghu kien in-nar fejn kien jistinka hafna fil-gbir u attivitajiet ohra ma' shabu dilettanti Xewkin. Barra dan huwa kien jghin hafna lill-artist Xewki Paul Falzon fil-preparazzjoni tax-xeni tad-Drammi li jittellghu fic-Centru Parrokjali tax-Xewkija. Il-Funeral tieghu mistenni jsir nhar il-Gimgha 10 ta' Settmbru 2010 fil-5.00pm mil-Isptar Generali t'Ghawdex ghal-Knisja Rotunda tax-Xewkija fejn it-tebut tieghu ser jingarr mil-membri ta' l-Ghaqda Delittani tan-Nar Xewkija.

Zgur li x-Xewkija tilfet patrijott kbir li dejjem kien lest jghin f'dak kollu li ghandu x'jaqsam mar-rahal. Minn nahha taghna naghtu l-kondoljanzi taghna lill-familja tieghu u nweghduhom it-talb taghna.

 
JeanPierreAzzopardi

 Jean Pierre fil-Festa ta' San Gwann
li ghaddiet

irb2[1] 
 
ppf3[1]

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Sep 09, 2010 at 05:18 AM )
<Previous   Next>
Thursday, 2 nd May 2024
10:00 
A+ | A- | Reset