Home arrow News arrow News arrow Jithabbru d-dettalji tal-Funeral ta' Jean Pierre Azzopardi
Jithabbru d-dettalji tal-Funeral ta' Jean Pierre Azzopardi PDF Print E-mail
User Rating: / 2
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Sep 08, 2010 at 01:37 PM

Il-Kumitat tan-Nar Festa San Gwann Battista flimkien mal-Kumitat Zghazagh Xewkin b'kollabazzjoni mal-familja Azzopardi habbru li l-funeral taz-zaghzugh Xewki Jean Pierre Azzopardi ser issir nhar il-Gimgha 10 ta' Settembru.

Il-korteo jitlaq fl-4.30pm mill-Isptar Generali ta' Ghawdex lejn ix-Xewkija fejn imbaghad f'tarf Triq Indipendenza ikun akkunpanjat b'marci funebri mill-Banda Prekursur tax-Xewkija sa Pjazza San Gwann Battista.  Il-Banda Prekursur ser taghti s-servizz taghha b'inizjattiva taz-Zghazagh Xewkin li stiednu l-istess Banda biex taghmel dan is-servizz funebru.  Il-Banda Prekursur takkumpanja fil-funerali ta' mejtin li jew kienu bandisti jew membri tal-kumitat, pero taghti lok li tkun tista' tigi mistiedna u tithallas ta' marc normali minn individwi jew kumitati.  Filfatt hekk sehh f'dan il-kas u l-Kumitat Zghazagh Xewkin offra li jistieden il-Banda biex iddoq f'dan il-funeral tal-habib taghhom Jean Pierre.  It-tebut ikun merfugh minn membri tal-Kumitat Zghazagh Xewkin flimkien ma' membri tal-Kumitat tan-Nar.

Ezatt wara ssir il-quddiesa  presente cadavere fil-Knisja Rotunda tax-Xewkija li se tkun iccelebbrata minn Fr. Francis Azzopardi.  Fr Francis jigi z-ziju ta' Jean Pierre u jinsab jaqdi l-missjoni tieghu ta' sacerdot fl-Ingilterra. Jikkoncelebraw ukoll l-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca u bosta sacerdoti ohra.  Jiehu sehem ukoll il-Kor Vox Clamantis.

 
jpa1
 Jean Pierre Azzopardi

 

IMG_2107

 Ritratt ricenti ta' Jean Pierre


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Sep 12, 2010 at 07:54 PM )
<Previous   Next>
Thursday, 2 nd May 2024
14:14 
A+ | A- | Reset