Home arrow News arrow News arrow Recording tal-quddiesa ta' Jean Pierre Azzopardi
Recording tal-quddiesa ta' Jean Pierre Azzopardi PDF Print E-mail
User Rating: / 2
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
Sep 14, 2010 at 10:34 PM

Illum sar il-funeral ta' Jean Pierre Azzopardi li tilef hajtu f'disgrazzja ta' kamra tan-nar fl-Gharb nhar il-Hadd 5 ta' Settembru. Il-korteo telaq fl-4.30pm mill-Isptar Generali ta' Ghawdex lejn ix-Xewkija fejn imbaghad f'tarf Triq Indipendenza nghaqad mal-Banda Prekursur Xewkija fejn gie akkumpanjat b'marci funebri sa Pjazza San Gwann Battista.  Ezatt wara l-korteo saret il-quddiesa presente cadavere  fil-Knisja Rotunda tax-Xewkija. Il-quddiesa kienet immexxija miz-ziju ta' Jean Pierre Fr Francis Azzopardi, l-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Merieca fost ohrajn. Ghal quddiesa kien hemm prezenti l-President ta' Malta Dr. George Abela, il-Primistru Dr. Lawrence Gonzi, id-Deputat Mexxej Laburista Anglu Farrugia, il-Ministru ghal-Ghawdex Giovanna Debono, fost personalitajiet ohra, familjari u hbieb.

Xewkija.net taghti l-kondoljanzi lil familjari ta' Jean Pierre Azzopardi, li kien attiv hafna f'bosta' ghaqdiet fir-rahal taghna tax-Xewkija.  

Il-quddiesa li giet mxandra fuq Radju Prekursur qed tigi mizjuda fil-podcast ta' Radju Prekursur. Wiehed jista' jisma din il-quddiesa ukoll billi jikklikja l-link ta' hawn taht.

Recording tal-funeral ta Jean Piere Azzopardi.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Sep 15, 2010 at 02:21 PM )
<Previous   Next>
Thursday, 2 nd May 2024
01:43 
A+ | A- | Reset