Issir il-Funeral ta' Jean Pierre Azzopardi |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Sep 15, 2010 at 06:25 AM |
Il-bierah it-Tlieta 14 ta' Settembru 2010 ix-Xewkija flimkien ma' Ghawdex u bosta Maltin taw l-ahhar tislima lil Jean Pierre Azzopardi li tilef hajtu fid-disgrazzja tal-Kamra tan-nar ta' Farrugia Brothers fl Gharb nhar il-Hadd 5 ta' Settembru 2010. Flimkien ma' Jean Pierre tilfu hajjithom ukoll hames persuni ohra tal-Familja Farrugia. It-tebut ta' Jean Pierre telaq mil- Isptar Generali t'Ghawdex fl-4.30pm u wasal ix-Xewkija fil-4.45pm fejn imbaghad sar il-Korteo mmexxi mil-Banda Prekursur tax-Xewkija. It-tebut gie merfugh minn shabu zghazagh membri tal-Kumitat Zghazagh Xewkin u tal-Kumitat tan-Nar . [Ritratti: Frans Galea ] | Waqt il-Korteo tal-Funeral ta' Jean Pierre Azzopardi |
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Sep 15, 2010 at 03:30 PM )
|