Home arrow News arrow News arrow Thejjijiet kbar ghad-Dramm " Cella 86 "
Thejjijiet kbar ghad-Dramm " Cella 86 " PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Oct 15, 2010 at 06:51 PM

Cella 86,  produzzjoni originali ohra li ser tiprezenta l-Ghaqda Drammatika Xewkija f'Novembru li gej.  Wara s-saga ta' Ingassa u Ingassa r-Realta` Mtappna,  ghat-tielet sena konsekuttiva bi pjacir l-ghaqda tinsab ghaddejja bil-hidma taghha fuq it-tielet produzzjoni taghha,  produzzjoni li ser tehodna gewwa l-germanja, go habs fi zmien it-tieni gwerra dinjija. 
 
Kif rajna mil-produzzjonjiet tal-Ingassa,  Cella 86 mistennija tkun wahda ta' livell gholi, b'talent Xewki kif ukoll atturi minn irhula ohra, bhal rabat u gharb.  Id-direzzjoni ta' din il-produzzjoni hija fdata f'idejn Mario Borg mhejjun minn Marita Caruana, li zgur ma ghandhom bzonn ta ebda introduzzjoni fejn jidhol il-palk ta' Teatru Govanni.  Cella 86 ghandha tkun produzzjoni li ghandha tintlaqa tajjeb ferm mal-udjenza li ghandha ghal qalbha l-palk ghaliex ser jaraw storja mimlija emozzjonijet u li zgur wiehed ma jkunx qed jistenna x'ser jigri.
 
Ghall-iktar informazzjoni dwar din il-produzzjoni u dwar l-andament ta' xoghol li jkun ghaddej mil-Ghaqda Drammatika Xewkija  suru s-sit b'dehra gdida www.teatrugovanni.org.

 
pd1

 Il-Poster tad-Dramm " Cella 86 "


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Oct 15, 2010 at 07:03 PM )
<Previous   Next>
Saturday, 4 th May 2024
17:51 
A+ | A- | Reset