Home arrow Poeziji arrow L-Ahhar tislima lil habibi Jean Pierre
L-Ahhar tislima lil habibi Jean Pierre PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Oct 16, 2010 at 04:10 PM

Ittra Mis-Sema

Kemm xtaqt gheziez ta’ qalbi,
li kelli aktar hin,
jum iehor jew ftit aktar;
ma xtaqtx xi hafna snin.

Kemm kont inwettaq hwejjeg,
li kelli ftit sighat;
tar-rahal tax-Xewkija,
indur kont it-triqat.

Insellem kont lil hbiebi
li taghhom ma nafx l-ghadd,
ghax jekk jidhirli sewwa,
habibi kien kulhadd.

Inzur l-ghaqdiet tar-Rahal,
li minnhom rajt tant gid,
u jekk f'xi bzonn, ghiduli,
jien naghti daqqa t’id.

Is-soltu ma nkunx mghaggel,
li nibda inlestih,
dak illi jien naf naghmel,
minn qalbi kont noffrih,

‘Mma llum ma nistax noqghod,
ghax daqt itir il-hin,
ma xtaqtx immur bla nsellem,
lil Gwanni tax-Xewkin.

X’ma habbejtekx o’Gwanni,
Qaddis daqsek imkien,
sabiex il-festa nsebbah,
kont lest li nbati jien.

U fl-ahhar sad-dar nasal,
minn jaf ommi x’tistenna,
‘mma l-hin tat-tluq daqt wasal,
ga mbexxaq bieb il-Genna.

Gheziez ommi w missieri,
baqghali ftit waqtiet,
ejjew bil-qieghda hdejja,
noqoghdu ftit fis-skiet.

Ejjew magenbna huti,
tuzawx tal-fomm il-kliem,
jitkellmu l-qlub f’sidirna,
hekk kif mghannqin flimkien.

U issa l-hin ghaddieli,
tassew iebsa l-firdiet,
halluni qabel nitlaq,
nitfghalkom zewg bewsiet.

Taghkom ghal dejjem
Jean Pierre

Mario Borg
5 ta' Settembru 2010


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 01, 2014 at 03:46 PM )
<Previous   Next>
Tuesday, 11 th December 2018
08:51 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org