Home arrow Poeziji arrow Lil Patri Serafin
Lil Patri Serafin PDF Print E-mail
User Rating: / 2
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Feb 11, 2011 at 02:08 PM

Idejja nhosshom tqal u gbini bl-gharaq niedi,
Il-pinna hawn fil-qrib nisthajjel tidhaq bija,
Il-lehen tal-gewwien mill-gdid qed jerga’ jzurni,
U wahdi bkejt fis-skiet imrieghex bil-misthija.

Il-almu tieghi gbart u bdejt fuq karti nhazzez,
Tant versi fuq xulxin jissawru f’poezija;
Il-vuci li kont smajt gharaftha issa sewwa,
Il-kliem tal-Patrijott gie lura b’dit-twissija.

“X’ghamilt ghal rahlek int?” staqsieni b’hafna hlewwa,  
Ghax taf taghha l-wesghat, b’daqskekk thobb lix-Xewkija?
Min hu Gwanni ghalik, il-vara f’zokk imnaqqax?
Li darba f’tnax -il xahar iddur it-toroq biha?

Ir-rahal mhux kliem biss jehtieg biex fl-gholi ttella’,
Tistaqsi qatt x’se jtik, ‘mma x’lest li lilu taghti,
Jien kont li tieghu ktibt grajjietu minn twelidu,
U wrejt biex wasal s’hawn ghalik kemm kellu jbati.

Lil Gwanni l-Prekursur habbejtu b’qalbi kollha,
W’ghalkemm xi drabi boghod, imwahhad jien kont mieghu,
Bhal kbir Santu Wistin li tieghu haddant l-Ordni,
Fuq Gwanni ktibt u qrajt u xrobt mill-hajja tieghu.

Dak kollu li tghallimt, mill-pulptu gharraftulkom,
Minn dak illi kont naf, ma zammejt xejn go fija,
Il-girja jien temmejt sal-ahhar sod fil-fidi,
Ta’ dan issa b’rigal, kuruna lest’ ghalija.”


U qomt bniedem mibdul u bdejt ngharbel kitbietek,
Li minnhom jien sal-lum kont ghadni hafna sajjem,
U fhimt li biex terraqt it-triq li emmint fiha,
Kont lest li sighat shah ta’ ljieli tghaddi mqajjem.

U jien bil-pinna fl-id, qalb vrus il-poezija,
B’ghajnejja kollha dmugh ghax romlot ix-Xewkija.
‘Mma dlonk hassejt bhal ferh ifawwar il-gewwieni,
Ghax Patri Serafin jinsab fejn l-aktar hieni.

Mario Borg                                   10 ta' Frar 2011

 


User Comments

Comment by gfrancis on 2011-02-12 07:51:51
Orosit hafna Mario u grazzi mil-qalb lil dan il-patrijott kbir Xewki. Nitolbu ghalik dejjem. Xewki
Please login or register to add comments

Last Updated ( Feb 12, 2011 at 08:54 AM )
<Previous   Next>
Tuesday, 11 th December 2018
08:37 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org