Home arrow News arrow News arrow Kitba tal-Kav. Joe M. Attard dwar Patri Serafin Borg
Kitba tal-Kav. Joe M. Attard dwar Patri Serafin Borg PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Feb 17, 2011 at 05:43 AM

Illum ser inwasslulkom din il-kitba tal-Kav. Joe M. Attard dwar l-Awtur Xewki Patri Serafin Borg li l-funeral tieghu sar nhar il-Gimgha 11 ta' Frar 2011. Barra dan ghandna ukoll xi ritratti tal-Funeral.

 P2100016-1024
 Waqt il-Funeral ta' Patri Serafin fejn
jidher l-Arcipriet tax-Xewkija
Mons . Carmelo Mercieca u z-zewgt Djakni
Xewkin Franklin Vella u Trevor Sultana

 

Patri Serafin Borg – Storiku Agostinjan

23-08-1932 --  08-02-2011

 P2100013-500

 Fis-Sensiela tieghi Kittieba Ghawdxin li kont ippubblikajt zmien ilu, deherli li kelli ninkludi lil dan il-Patri Agostinjan li halla dan il-Wied tad-Dmugh nhar it-Tlieta 8 ta’ Frar 2011 fl-eta’ ta’ 79 sena.  Il-funeral tieghu sar nhar il-Gimgha 11 ta’ Frar fil-Knisja tal-Patrijiet Agostinjani Victoria (il-koncelebrazzjon tmexxiet mill-Provincjal tal-Ordni Agostinjan Patri Manwel Borg Bonello  fil-prezenza tal-Isqof Mons Mario Grech waqt li anima l-okkazjoni l-Kor immexxi minn Mro Carmel Peter Grech)   fejn ghamel zmien jghix dan il-patri.  F’dan l-ahhar zmien huwa kien rikoverat fl-Arka Ghajnsielem izda f’dawn l-ahhar jiem kellu jittiehed fl-isptar generali t’Ghawdex fejn ha l-ahhar nifs qabel ma qabad it-triq twila ghal ghand il-Hallieq.  Fi tmiem il-quddiesa nqrat poezija sabiha f’gieh Patri Serafin miktuba mis-Sur Mario Borg mix-Xewkija.

 Lura ghas-sensiela dwar Kittieba Ghawdxin, li kienet wahda mzewqa gmielha. Din kienet tigbor fiha poeti,  rumanziera, folkloristici, prozaturi, esejisti u storici.  Fost dawn tal-ahhar konna nsibu lill-Patri Serafin Borg OSA li dwaru se nghidu xi haga llum.

 Patri Serafin twieled fix-Xewkija fit-23 ta’ Awwissu tas-sena 1932.  Sa minn tfulitu huwa wera gibda kbira ghat-taghlim.  Wara li ghadda l-edukazzjoni primarja kollha huwa dahal ikompli l-istudji tieghu fis-Seminarju t’Ghawdex, fejn ftit wara, sewwa sew fit-28 ta’ Novembru 1947, huwa haddan l-Ordni tal-Isqof ta’ Ippona u gharef tal-Knisja Sant Wistin.  Wara li kompla jistudja  fil-Kullegg ta’ Sant Wistin fir-Rabat, Malta, huwa ordna Sacerdot fis-17 ta’ Marzu l956.  F’din l-istess sena Patri Serafin Borg mar ghall-Missjoni fl-Afrika ta’ Fuq u fl-1958 huwa gie msejjah lura lejn art twelidu.  Kien ghamel ukoll xi zmien Catania.

 Patri Serafin kien maghruf sewwa ghall-imhabba u l-interess tieghu lejn l-Istorja ta’dawn il-Gzejjer, izda huwa kien isib l-hena tieghu meta jkun jaqra u jikteb dwar l-istorja tal-Ordni Agostinjan, u specjalment dwar il-Provincja Agostinjana Maltija, li kif isostnu l-istorici, ghandha tassew storja kbira.  Infatti dan ir-raheb Xewki huwa l-kittieb ta’ ghadd kbir ta’ artikli sbieh u ta’ siwi storiku dwar Religjuzi Agostnjani Maltin u Ghawdxin maghrufa.  Dawn kienu dehru fil-perjodiku Agostinjan “Santa Rita”.  Huwa kiteb ukoll bosta artikli storici ohra li dehru  fuq il-gurnali lokali, l-Orizzont, Lehen is-Sewwa, il-Berqa, u Il-hajja f’Ghawdex.  Huwa baqa’ jikteb u jippubblika sakemm baqghet tippermettilu sahhtu. Mhux darba u tnejn niftakar kien isejjahli fil-kamra tal-kunvent jew fid-dar helwa tieghu fl-inhawi tacCawla biex naralu l-ortografija ta’ xi xoghol li kien ikun qed ihejji ghall-istampa.

 Fl-1969 Patri Serafin Borg qaleb ghall-Malti mit-Taljan, “L-Istorja  tal-Ordni Agostinjan” li kien kiteb Agostinjan iehhor, l-istoriku Taljan, Patri Balbino Rano.  Fl-1970, Patri Borg, wara hafna tiftix, kiteb il-“hajja tal-Beatu Stiefnu Bellesini”, Kappillan Agostinjan tas-santwarju tal-Madonna tal-Bon Kunsill, f’Gennazzano.  Sentejn biss wara,  huwa mill-gdid irnexxielu jippubblika, wara studju li jadlu ftit taz-zmien sew, il-“hajja ta’ Patri Martinu Cullen”, Agostinjan irlandiz, li huwa msejjah l-Appostlu tas-Suldati u l-Bahrin Inglizi f’Malta.   Meta xi snin ilu kienet harget ghad-dawl l-Istorja tar-rahal tax-Xewkija, migbura fi ktieb bl-isem ta’ Ix-Xewkija tul iz-zmenijiet, insibu li dan il-Patri Ghawdxi kellu sehem  mhux zghir  f’dan ix-xoghol.    Huwa kemm il-darba ghamel tiftix fil-Libreriji ta’ dawn il-gzejjer  biex seta’ johrog dan l-istudju storiku.  Bil-hidma tieghu wkoll gie ppubblikat studju profond fuq l-Isqof Agostinjan Monsinjur Giovanni Maria Camilleri, li ghal hamsa u tletin sena mexxa d-Djocesi Ghawdxija bl-ikbar ghaqal.  F’dan l-istudju tal-ahhar kienu taw daqqa t’id  siewja, kittieba maghrufa Maltin u Ghawdxin.  hadem hafna wkoll kemm dam f’siktu fuq il-hajja tal-Battista, il-patrun ta’ rahal twelidu li tant kien jghozz, pubblikazzjoni pprezentata tajjeb ferm, imzewqa wkoll b’ghadd sabih ta’ poeziji dwar il-Prekursur ta’ Kristu.  Patri Serafin ghamel zmien ukoll Direttur tar-Rivista Agostinjana “Santa Rita”.

 Il-pinna ta’ dan il-kittieb habib kienet wahda hafifa u mexxejja zmielha bhal dik tal-?abib tal-qalb tieghu l-Kan Dun Nikol Vella Apap (halliena madwar 10 snin ilu) li mieghu kien jingwalaha hafna.  Jghidu sew l-Inglizi li Birds of the same feather flock together.  It-tnejn li huma ma qaghdux idejhom fuq zaqqhom imma haddmu kemm felhu l-pinna biex jghallmu u jaghmlu l-gid.  Serafin kien ihobb juza l-idjoma Maltija u jippreferiha minn dik barranija.    Kemm il-darba konna nsibuh jaghmel uzu minn qwiel u espressjonijiet li ftit ghandhom jintuzaw.  Ma dan kollu l-kitba tieghu tiftiehem sew u bosta kienu dawk il-kittieba, Maltin u Ghawdxin,  li tkellmu u ghazzu dwar il-kitba ta’ dan il-patri. Hekk hu x’kellu xi jghid il-poeta Dwardu Fenech OSA, BA, dwar it-traduzzjoni mit-Taljan “L-Istorja ta’ Sant Wistin”, xoghol ta’ Patri Serafin Bor?:

Patri Serafin Borg maggruf bizzejjed fost il-qarrejja, b?ala bniedem interessat ?afna fl-Istorja, l-izjed f’dak li ghandu x’jaqsam mal-Ordni tieghu, gie f’idejh dan l-istudju u ra u haseb li tkun haga  ta’ siwi, kemm ghall-Istorja u kemm ghall-vokazzjonijiet Agostinjani li jgib fil-Malti t-taghrif kollu li tana Patri Rano; u dan ghamlu bl-unuri kollha.

 Kliem ta’ tifhir u nkoraggiment xerrdu fuqu wkoll il-poeta Dun Gorg Mercieca, it-Teologu u Arcidjaknu Mons Giovanni Bosco Gauci, id-dumnikan Patri Pawl Galea, il-poeta Xewki Anton Haber u kittieba ohra kif ukoll tant fidili li semghuh minn fuq il-pulptu.  Kien ukoll hafna qrib il-parrocca Bazilika ta’ San Gorg tant li kien ukoll fost il-Kanonci tal-Kapitlu ta’ din il-Kolleggjata.

 Nemmen li llum m’ghadekx issib fl-idejn ix-xoghol interessanti li kien tana dwar in-nicec li ssib fit-toroq taghna, b’mod specjali dawk li nsibu mferrxa mat-treqat u l-moghdijiet ta’ ra?hu x-Xewkija,  imma kif jghidu Scripta manent verba volant u kull min hu midhla tal-librerija ghadu jista’ bil-kumdita’ kollha jixtarr u jsoff xi ftit mill-benna ta’ kitbietu.

 

Kav Joe M Attard

Victoria Ghawdex


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Feb 18, 2011 at 01:52 PM )
<Previous   Next>
Tuesday, 7 th May 2024
14:14 
A+ | A- | Reset