Home arrow News arrow News arrow Il-Knisja tax-Xewkija fuq Google Earth fi 3D
Il-Knisja tax-Xewkija fuq Google Earth fi 3D PDF Print E-mail
User Rating: / 4
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
Feb 18, 2011 at 08:39 PM
Google_Earth_Xewkija_Church

 Wiehed ilu jisma bit-teknologija tat 3D, pero issa wiehed jista' jara xi bini tal-gzejjer taghna f'format 3D ukoll fosthom il-knisja tax-Xewkija. Grazzi ghal Google Earth, li huwa programm tal-komputer, jew plugin ghal Internet Browser, wiehed jista' jara dan il-bini fi 3D. Dan iffisser li wiehed jista' jara l-Knisja min barra min angoli differenti, mill gholi (aerial view) kif ukoll mill baxx.

Il-mudell tal-Knisja ilu ftit online, fil-fatt l-ewwel darba kien f'14 ta' Marzu 2010, imma issa jinsab b'hafna aktar dettal. Dan kollu grazzi ukoll ghal user 'Lister' li fost bini iehor ghogbu jiddisinja l-Knisja tax-Xewkija. Fil-fatt il-Knisja tax-Xewkija hija l-uniku knisja f'Ghawdex li tinstab fuq Google Earth. F'Malta hemm il-Knisja tal-Mosta u tlett kappelli ohra. B'dan il-format digitali f'Ghawdex hemm ukoll it-Torri ta' Mgarr ix-Xini kif ukoll it-Torri ta' Kenuna.

Biex tkunu tistghu taraw dawn il-mudelli, tistghu tnizzlu l-Google Earth jew inkella tikklikjaw fuq din il-link (Link ghal closup tal-knisja fi 3D .) Jekk ma ghandkomx il plugin, il-kompjuter jistaqsikom biex tinstallawha billi taccettaw li tnizzluha. Wara li tkun installata ghatu ftit cans sakemm il-mappa kif ukoll l-knisja tibda tidher (render). Nirrakomandaw li tuzaw il-Firefox jew il-Google Chrome bhala Internet Browser.

Ghal beneficcju taghkom ukoll tistghu tikklijaw Read more, biex taraw il Google Earth fis-sit tax-Xewkija.net bhala plugin. Dan jistaqsikom ukoll bl-istess mod kif semmejt fuq. Din l-plugin titnizzel l-ewwel darba biss, imbghad tibqa installata.

 


View Larger Map
User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Feb 18, 2011 at 01:11 PM )
<Previous   Next>
Wednesday, 8 th May 2024
02:33 
A+ | A- | Reset