Home arrow News arrow News arrow Il-Karnival 2011 fix-Xewkija
Il-Karnival 2011 fix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Feb 22, 2011 at 11:20 AM

Din is-sena il-Karnival ser jigi iccelebrat tard izjed mis-sena l-ohra. Pero il-Kunsill Lokali tax-Xewkija bhas snin imghoddija haseb biex jaghmel diversi attiitajiet fix-Xewkija. Dawn huma l-attivitajiet ghal-din is-sena .

    Il-Gimgha 26 ta’ Frar 2011 fis-7.00pm fic-Centru Parrokkjali tax-Xewkija:  Il-Kummiedja “Il-Praspar ta’ Gori” ta’ Ninu Cutajar tal-Mellieha Stage Friends ser tittella’ bil-koperazzjoni tal-Ghaqda Drammatika tax-Xewkija. 

     Il-Gimgha 4 ta’ Marzu 2011 fis-6.30p.m. fic-Centru Parrokkjali tax-Xewkija:  Serata Karnivaleska fejn isiru kompetizzjonijiet ghall-ahjar kostum.  Ikolna diversi kategoriji ghal din il-kompetizzjoni.  Ghall-aktar informazzjoni wiehed jista’ jmur l-Ufficcju tal-Kunsill Lokali tax-Xewkija jew icempel fuq 21558822 jew 21565719.  Applikazzjonijiet jintlaqghu fl-Ufficcju tal-Kunsill sa nhar it-Tnejn 28 ta’ Frar 2011.  Ser tittella’ wkoll Kummiedja mill-Ghaqda Drammatika Xewkija.  Dhul b’xejn u kulhadd mistieden jattendi.  Wara Ballu tal-Karnival fi Pjazza San Gwann Battista. 

     Is-Sibt 5 ta’ Marzu 2011, fis-6.00p.m. jibda l-programm tal-Karnival fi Triq San Bert u fil-Pjazza San Gwann Battista:  Fi Pjazza San Gwann Battista ikun hemm varjeta ta’ zfin minn diversi kumpaniji tal-Karnival u jidhhu l-karrijiet tal-Karnival.  Jipprezentaw Veronica u d-Dulli.  Dhul b’xejn u kulhadd mistieden jattendi.

       Il-Hadd 6 ta’ Marzu 2011, fl-10.00a.m. tibda l-isfilata tal-Karnival immexxija minn Banda Prekursur u bis-sehem tal-karrijiet tal-Karnival kbar u zghar:  L-isfilata tibda minn Triq Ta’ Gokk (hdejn Gnien Castelvenere) u tintemm fi Triq Hamrija (hdejn l-Iskola Primarja).  Ezatt wara l-isfilata ssir il-kukkanja.

    Karnival Spontanju mill-Gimgha 4 sat-Tlieta 8 ta’ Marzu mit-8.00pm ‘l quddiem,  fi Triq il-Kbira (hdejn tal-Bombos) u nhawi ohra.

 

Ikklikkjaw il-links ta hawn taht ghal posters li hareg il kunsill.

Poster tal-Karnival 1 - Xewkija 2011 

Poster ta-Karnival 2 - Xewkija 2011

Poster  - Il-Praspar ta Gori

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Feb 23, 2011 at 04:13 PM )
<Previous   Next>
Tuesday, 7 th May 2024
07:59 
A+ | A- | Reset