Home arrow News arrow News arrow Success iehor ghal-Kantanta Sarah Bonnici
Success iehor ghal-Kantanta Sarah Bonnici PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Mar 11, 2011 at 12:25 PM

       Sarah Bonnici, kantanta ta’ tnax-il sena mix-Xewkija regghet kisbet success iehor fil-festival “Future Stars Singer’s Festival 2011” li sar nhar il-Hadd 27 ta’ Frar 2011, gewwa l-Forum Suite-Topaz Hotel Bugibba. Sarah giet ikklassifikata fl-ewwel post bil-kanzunetta “The Greatest Love of All”. F’dawn l-ahhar tlitt snin li ilha tkanta, Sarah kisbet diversi successi fosthom; finalista fil-Junior Eurosong ta’ l-2009 u l-2010, fejn ukoll kienet giet ikklassifikata fit-tielet post fl-2009, rebbieha fl-ewwel post fil-festival “L-Ghanja tal-Maltin”, u hafna aktar successi f’festivals lokali li jsiru gewwa l-gzejjer taghna. F’Novembru li ghadda Sarah kienet giet maghzula biex tkanta kif ukoll tizfen fil-Junior Eurosong gewwa Minsk, Belarus, flimkien mat-team ta Nicole Azzopardi, (rebbieha tal-Malta Junior Eurosong 2010). Sarah tiddeskrivi din l-esperjenza, bhala wahda sabiha hafna u li qatt ma hi ser tinsa. Dan l-ahhar Sarah kienet giet ukoll maghzula biex tkanta fi program televiziv fuq wiehed mill-istazzjonijiet lokali, fejn ukoll kienet spiccat finalista bil-kanzunetta “Black Velvet” fejn tat wirja tajba hafna. Holma ohra li Sarah qed tistenna bil-herqa hija dik li f’Awissu li gej Sarah ser tikkompeti f’festival li ser isir gewwa l-Bulgarija.  [Informazzjoni u Ritratti :Facbook :Sarah Bonnici ]

sarahfeb11 046-1024
 Sarah Bonnici bit-Trofej li rebhet

 

sarahfeb11 048-500
 

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Mar 11, 2011 at 04:15 PM )
<Previous   Next>
Tuesday, 7 th May 2024
14:17 
A+ | A- | Reset