Home arrow Poeziji arrow Fil-Bieb Qed Jistenniek
Fil-Bieb Qed Jistenniek PDF Print E-mail
User Rating: / 4
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Apr 20, 2011 at 04:53 AM
 Tqeghid Tas-Salib

 (Tislima lil Zakkarija Cilia-Patrijott Xewki)

Tghallimna minn ckunitna li ‘mfietah is-Smewwiet,
f’idejn San Pietru fdati mill-ibghad zminijiet.
‘Mma llum qieghed nisthajjel mal-Bieb lil Gwanni ssib,
jistenna b’herqa qieghed il-wasla ta’ habib.
“Min hu?” staqsih San Pietru: “Lil min qieghed tistenna?
Ghaliex trid toqghod inti illum fil-bieb tal-Genna?”

“Dar-ragel wisq ghal qalbi, imwieled ix-Xewkija,
devot kbir ta’ Missieri, u bhalu Zakkarija.
Tul hajtu hadem, stinka, biex lil uliedu rabba’,
u ‘l-martu tul hajjitha, mill-fond ta’ qalbu habbha.

X’ m’ ghamilx ghar-rahal tieghu, f’kull Ghaqda lilu ssib,
biex l-isem tax-Xewkija, jghollih u ‘l fuq igib.
Lill-Banda minn qiegh qalbu xtaqilha l-aqwa gid,
issibu minn tal-ewwel biex jaghti daqqa t’id.
Mat-team tal-Futbol mexa’ l-inzul u it-tlajjiet,
kull rebha bl-hena mlietu, dmugh xerred fit-telfiet.

‘Mma zgur li fir-Rotunda ta f’hajtu l-akbar sehem,
idejh mill-bidu meddhom, sakemm ra x-xoghol jintemm.
Jekk gebel ir-Rotunda jithajru llum jitkellmu,
nisthajjel wahda wahda lil Zakkarija jsellmu.
Ghax m’hemmx kantun f’dal-Maqdes jew fil bajdan go fih,
li idu ma meddx fuqu biex sawru hekk sabih.

Jekk kellu mil-Lanterna jiccaqlaq is-Salib,
jien zgur li jinzel b’heffa biex joqghod hdejh fil-qrib.
U jerga lilu jtenni il-grajja t’ ilu snin,
ta’ meta Zakkarija, qalb folol kbar Xewkin
icapcpu hekk bil-qawwi li l-misrah kollu trieghed,
hekk kif fuq il-Lanterna mar is-Salib iqieghed.
W’ ghal dan ix-xoghol fejjiedi kien hu l-ewwel rebbieh,
fl-elfejn u tnejn ir-rahal mar l-oghla gieh jaghtih.

Ghalhekk ghaziz San Pietru, lil dan hallih f’idejja,
ta’ kemm imhabba wrieni jisthoqqlu li jkun hdejja,
u jiehu l-veru premju tas-Sema it-tgawdija,
ta’ kemm bata’ ghalija ta’ kemm habb lix-Xewkija.”

Mario Borg
19 t’ April 2011

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Apr 20, 2011 at 05:54 AM )
<Previous   Next>
Thursday, 28 th March 2024
23:37 
A+ | A- | Reset