Home arrow History arrow September arrow September arrow 14 ta' Settembru 2010 - Jean Pierre Azzopardi
14 ta' Settembru 2010 - Jean Pierre Azzopardi PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Joanna Falzon   
Jun 05, 2011 at 09:26 AM

Fl-14 ta Settembru 2010 sar il-funeral ta' Jean Pierre Azzopardi, li tilef hajtu fid-dizgrazzja ta' kamra tan-nar fl-Gharb il-Hadd 5 ta' Settembru fl-eta ta 27 sena. Il-korteo Funebri beda minn hdejn il-mithna tax-Xewkija ghal Knisja Rotunda akkumpanjat mill-Banda Prekursur. Jean Pierre kien maghruf u mahbub hafna fix-Xewkija ghax kien jaghti daqqa t'id f'hafna ghaqdiet tar-rahal fosthom fil-Kumitat tan-Nar u l-Ghaqda Drammatika Xewkija. Pero id-delizzju ewlieni tieghu kien in-nar fejn kien jistinka hafna fil-gbir u attivitajiet ohra ma' shabu dilettanti Xewkin. Barra dan huwa kien jghin hafna lill-artist Xewki Paul Falzon fil-preparazzjoni tax-xeni tad-Drammi li jittellghu fic-Centru Parrokjali tax-Xewkija. Zgur li x-Xewkija tilfet patrijott kbir li dejjem kien lest jghin f'dak kollu li ghandu x'jaqsam mar-rahal. 

 

JP1 

Jean Pierre Azzopardi

 

JeanPierreAzzopardi

 

DSCN6245-1024 

ritratti mehudin: mis-sit eletroniku www.xewkija.net 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Sep 14, 2020 at 01:10 PM )
<Previous   Next>
Saturday, 5 th December 2020
11:52 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org