Home arrow News arrow News arrow Grajjietna 4 Snin Wara
Grajjietna 4 Snin Wara PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 09, 2011 at 04:13 AM

Bhala parti mit-tlett ijiem ta’ attivitajiet bl-isem “Fiori d’Argenta”
li ser isiru fix-Xewkija bejn il-Gimgha 10 u l-Hadd 12 ta’ Gunju
se jergghu jigu esegwiti partijiet mill-Musical Grajjietna, fil-pjazza tax-Xewkija.

Ma nkunux qeghdin nizbaljaw jekk nghidu illi ftit  kienu dawk ix-Xewkin li lura fl-2007
m’attendewx ghal dan l-ispettaklu ta’ kant, zfin, dawl u muzika mill-isbah. Kull min kien
fil-pjazza dak inhar baqa’ jitkellem fuq dan il-Musical ghal xhur shah u propju kien dan
illi rega mill-gdid hajjarna biex nidhlu ghal din il-bicca xoghol hekk kbira u mpenjattiva.

 Untitled-1 copy
 Il-poster ta' Grajjietna

 

“Grajjietna 4 Snin Wara” se jittella l-Hadd 12 ta’ Gunju fit-8.30pm fil-pjazza tax-Xewkija
u flimkien ser nassistu ghal hdax il-silta minn dan il-Musical, siltiet li jolqtu lilna
x-Xewkin l-aktar mill-qrib. Bejn silta u ohra se jittellgha dokumentarju qasir fejn fih
se tigi spjegata s-silta u jinghata taghrif dwar ir-rahal mahbub taghna propju f’dik l-era
partikulari li nkunu qeghdin nassistu ghaliha fuq il-palk.

 DSCN8994-500
 DSCN8997-500

 Fil-bidu tal-Musical (Prologu) ser nergghu niltaqghu mat-tfal tal-iskola, jitkellmu bejniethom
dwar kemm xoghol u studju ghandhom u dwar kif se jirnexxielhom ilestu fil-hin progett dwar
ix-Xewkija. Fl-istess silta naraw lil Marthese Borg fil-parti tax-Xewkija qeghda theggighom
biex ihobbu l-istorja tar-rahal taghhom u filwaqt li thaddanhom maghha tghinhom jimxu
pass pass mal-istorja tant ghaziza ta’ rahalna. Fit-tieni u t-tielet silta (Il-Konverzjoni u l-Missierna) ser nisimghu lil San Pawl jipriedka u kif ix-Xewkin, skond tradizzjoni qadima, semghuh u hadnu l-Kristjanezmu propju minn dawn l-inhawi. Il-Musical ikompli fiz-zmien l-Gharab u flimkien nerghu nghixu dan iz-zmien permezz tas-silta mill-isbah Majmuna. Wara din is-silta nassistu ghal dak li gara fl-1551 (Ras in-Newwiela. meta u shabu t-torok zarmaw lil Ghawdex mill-abitanti tieghu. Dan wassal biex issir talba lill-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Gwann biex tissahhah id-difiza ta’ din il-bajja permezz tat-Torri ta’ Mgarr ix-Xini. 
Minn hawn nimxu ghas-27 ta’ Novembru 1678, is-sena li fiha r-rahal tax-Xewkija gie mwaqqaf bhala Parrocca ghalih, l-ewwel wiehed fost l-irhula kollha Ghawdxin. Is-silta li jmiss tehodna fit-Tieni Gwerra dinjija, grajja li hafna mill-anzjani taghna ghexuha u ghadhom jiftakruha sew. Iz-zewg siltiet ta wara jlaqqghuna mal-Arcipriet Grech
(Lejn Tempju Gdid u l-Bini tar-Rotunda) u dwar dak kollu li sehh minn
meta hareg il-permess ghal-bini sa ma  tqieghed is-salib fuq il-lanterna
tar-Rotunda fis-sena 1970. Wara dawn iz-zewg siltiet nassistu ghal gheluq (Final)
fejn l-atturi kollha flimkien jaghtuna wahda mill-isbah siltiet ta’ dan il-Musical grandjuz.

DSCN8993-500
 DSCN8998-500

 Ghalhekk inheggu lix-Xewkin kollha, tfal, zghazagh, adulti  u anzjani u anke Ghawdxin u Maltin li se nkunu qeghdin nospitaw f’rahalna f’dawn it-tlett ijiem ta’ divertiment, sabiex ma jitilfux dan l-ispettaklu uniku mtella’ mill-Ghaqda Drammatika Xewkija u flimkien nerghu nghixu l-mumenti, kemm dawk sbieh u kemm dawk li dewquna l-imrar tal-hajja, hekk kif jizvolgu mill-gdid quddiemna fuq il-palk li se jintrama apposta fil-pjazza tar-rahal taghna.

DSCN8995-500
 DSCN8996-500

 Grazzi specjali tmur lid-Direzzjoni ta' Radju Prekursur talli tawna il-permess li nerghu intelghu dan il-musical.

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 09, 2011 at 09:02 AM )
<Previous   Next>
Friday, 10 th May 2024
14:25 
A+ | A- | Reset