Home arrow News arrow News arrow Programm tal-Festa ta’ San Gwann Battista - 2011
Programm tal-Festa ta’ San Gwann Battista - 2011 PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
Jun 18, 2011 at 08:54 PM
Programm tal-Festa ta’
San Gwann Battista
fi l-Knisja Arcipretali Rotunda tax-Xewkija
Santwarju Djocesan u Sede Spiritwali tal-Kavallieri ta’ Malta.
Mis-16 sas-26 ta’ Gunju 2011.
 
SanGwannProgramm
 
Il-Hamis 16 ta’ Gunju:
Lejlet il-Konsagrazzjoni tal-Knisja Rotunda. Bidu tan-Novena
Fit-8.00pm: Quddiesa Solenni u Omelija tal-Ahhar Hamis ta’ San Gwann.
Fid-9.00pm: Hrug tal-Vara artistika ta’ San Gwann Battista min-Nicca. Isir Talb, Kant, Invokazzjonijiet u Kurunella.
Fid-9.30pm: Barbikju fi l-grawnd tac-Centru organizzat mill-Ghaqda Dilettanti tan-Nar San Gwann Battista.

Il-Gimgha 17 ta’ Gunju:
Jum il-Konsagrazzjoni tal-Knisja Rotunda
Fis-6.00pm: Celebrazzjoni tas-Sagrament tal-Konfermazzjoni mill-Eccelenza Tieghu Mons Isqof Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex.

Is-Sibt 18 ta’ Gunju:
Gurnata Ewkaristika
Fis-7.15am: Tibda l-Adorazzjoni.
Fid-9.00am: Quddiesa u Vestizzjoni tal-Abbatini Godda.
Fl-10.00am: Adorazzjoni mil-Legjun ta’ Marija.
Fil-11.00am: Adorazzjoni mill-Azzjoni Kattolika.
Fil-5.30pm: Celebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina tat-Tfal u wara Purcissjoni bis-Santissmu Sagrament u Barka Sagramentali.

Il-Hadd 19 ta' Gunju:
L-Ewwel Quddiesa Solenni tas-Sacerdot il-Gdid Fr. Trevor Sultana.
Quddies: Fil-5.30am, fi s-6.30am, fi s-7.30am, fi t-8.30am
Fid-9.00am: Marc mill-Banda Prekursur li jibda minn hdejn il-Kazin tal-Banda sad-dar tas-Sacerdot il-Gdid. Jitlaq il-Korteo mid-dar sal-Knisja Rotunda akkumpanjat mill-Banda Prekursur.
Fl-10.00am: L-Ewwel Quddiesa Solenni ta' Fr. Trevor Sultana b'radd il-hajr lil Alla ghad-Don tas-Sacerdozju. Wara
l-Quddiesa kulhadd huwa mistieden ghar-Riceviment fi s-Sala tal-Iskola Roza Magro.
F'12:00pm: Quddiesa fi l-Muzew tal-Iskultura.
Fl-4.00pm: Quddiesa

It-Tnejn 20 ta' Gunju:
Festa zghazagh
Fil-5.30pm: Quddiesa ghall-Anzjani
Fit-8.00pm: Festa zghazagh. Intenzjoni: Iz-zghazagh jaghrfu x'inhi s-Sejha ta' Alla ghalihom. Koncelebrazzjoni is-Sacerdoti l-Godda. Janima l-kant bil-muzika "Techno" u bil-Power-Point Patri GorG Buttigieg .F.M. Conv. bil-grupp tieghu.
Fid-9.30pm: Marc mill-Banda Prekursur bl-istatwa ta' San Gwann Battista li jibda mill-Pjazza San Gwann Battista  jghaddi minn Triq l-Indipendenza, Triq il-Mithna, Triq il-hamrija, Triq Santa Katerina, sa hdejn il-Pjazzetta ta' Triq il-Kbira. Wara tittellà l-istatwa fuq il-pedestal.

It-Tlieta 21 ta' Gunju:
Festa Tfal
Fil-5.30pm: Quddiesa ghat-tfal tal-iskola, Genituri u ghalliema. It-tfal jipprezentaw mima u jsir qari ta' poeziji.
Fis-7.30pm: Jsir it-Tberik tal-pets f'Ta' Gokk u jinghataw refreshments.
Fid-9.15pm: Programm Muzikali mill-Banda Prekursur tax-Xewkija fi l-Pjazza San Gwann Battista fejn jindaqq -Innu l-Kbir "La Natività di San Giovanni Battista" mill-Banda Prekursur bis-sehem tal-Baritonu, at-Tenur u tas-Sopran u l-Kor tal-Banda. Wara jsir marc sal-Kazin tal-Banda fejn isir riceviment lillbandisti u mistednin distinti.

L-Erbgha 22 ta' Gunju:
L-Ewwel Jum tat-Tridu.
Iddedikat lill-familji "Sabiex jghixu skont is-sejha taghhom Nisranija fi hdan il-familja."
Fis-7.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni. Jipprietka Mons Anton Gouder, Pro-Vigarju ghad-Djocesi ta' Malta. Wara kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.
Fid-9.30pm: Marc mill-Banda Ite Ad Joseph tal-Qala li jibda minn Triq il-hamrija jkompli ghal Vjal il-Labour u -Plots tal-hamrija, Triq il-hamrija u wara l-istatwa ta' San Gwann Battista tittella' fuq il-pedestal dejn l-Iskola Roza Magro.

Il-Hamis 23 ta' Gunju:
It-Tieni Jum tat-Tridu.
Iddedikat lill-haddiema kollha "Sabiex jaghrfu s-sejha taghhom li jitqaddsu permezz tal-hidma taghhom."
Fis-7.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni. Jippriedka Patri GorG zammit O.F.M. Conv. Wara Kurunella, Antifona u
Barka Sagramentali.
Fid-9.30pm: Marc grandjuz mill-Banda Prekursur tax-Xewkija u l-Banda Leone tal-Belt Victoria li jibda minn Triq l-Madonna tal-hniena u jghaddi minn Triq San Bert, mill-Pjazza San Gwann Battista u jispicca fi riq San zakkarija fejn wara tittella' l-istatwa ta' San Gwann iz-zghir fuq il-pedestal.

Il-Gimgha 24 ta' Gunju:
It-Tielet Jum tat-Tridu. Solennità Universali tat-Twelid ta' San Gwann Battista.
Fis-7.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni. Jipprietka Patri Renold Lofrida O.Carm. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.
Fid-9.00pm: Dimostrazzjoni mill-Banda Prekursur tax-Xewkija bl-istatwa ta' San Gwann jghammed lil Kristu, li jibda minn hdejn il-Kazin tal-Banda Prekursur sal-Pjazza San Gwann Battista, fejn fl imkien mal-Banda San Guzepp t'Ghajnsielem ikomplu d-Dimostrazzjoni fi t-toroq San zakkarija, Triq Ein Karem, Triq il-helsien, Triq il-Kbira, Triq Santa Katerina, Triq il-hamrija, Triq l-Indipendenza u jintemm fi l-Pjazza San Gwann Battista. Wara tittella' l-istatwa fuq il-pedestal.

Is-Sibt 25 ta' Gunju:
Lejlet il-Festa.
Jum ir-Rikonciljazzjoni taghna ma' Alla. Ikun hemm servizz tal-Qrar il-Gurnata kollha.
Fid-9.30am: Quddiesa tat-Te Deum.
Fl-10.30am: Prova Generali tal-funzjoni tal-Emigranti.
Fis-1.00pm: Tigrija Tradizzjonali tal-Bhejjem.
Fis-6.15pm: Marc ta' qabel it-Translazzjoni mill-Banda Prekursur minn hdejn il-Kazin tal-Banda sal-Pjazza San Gwann Battista.
Fis-6.45pm: Translazzjoni Solenni tar-Relikwija ta' San Gwann Battista. Jiehdu sehem il-Kavallieri tal-Ordni Sovrana ta' San Gwann Battista. Takkumpanjahom il-Banda Prekursur.
Fis-7.00pm: Konclelebrazzjoni Pontifi kali mmexxija mill-Eccelenza Tieghu Mons Guzeppi Mercieca Arcisqof Emeritus ta' Malta. Jinseg il-Paningierku Mons Lawrenz Sciberras. Mistiedna specjali l-emigranti Xewkin li jiehdu sehem attiv fi l-Koncelebrazzjoni. Fl-ahhar tinghata l-Barka Sagramentali. Wara l-emigranti, il-Kunsill Lokali u l-kumitati kollha huma mistiedna ghar-refreshments fis-Sagristija.
Fid-9.00pm: Marc mill-Banda Imnarja tan-Nadur minn Triq il-Mithna ghal Triq L-Indipendenza sal-Pjazza San Gwann Battista fejn taghmel Programm Muzikali fuq il-plancier.
Fis-9.30pm: Marc mill-Banda San Girgor ta' Kercem li jibda minn Triq il-Mithna, ghal Triq il-hamrija, fejn tinghaqad mal-Banda Prekursur u jibqghu sejrin ghal Triq Santa Katerina, Triq il-Knisja sal-Pjazza San Gwann Battista. Fl-ahhar Loghob tan-Nar tal-Art mahdum mill-Kamra tan-Nar tal-Virtù tal-Gharb u spettaklu ta' helikopters u ajruplani mahduma minn GorG Vella.

Il-Hadd 26 ta' Gunju:
Jum il-Festa. Il-Milied tal-Battista
Filghodu jkun hemm servizz tal-Qrar qabel kull Quddiesa. Il-Quddies ikun fil-5.15am, fis-6.15am,
fis-7.15am, fit-8.15am, fl-10.15am u fil-11.15am.
N.B. Ser tixxandar il-Quddiesa mill-Awstralja fuq Radju Prekursur.
Fit-8.15am: L-Eccelenza Tieghu Mons Isqof Mario Grech imexxi Koncelebrazzjoni u jinseG l-Omelija. L-Ghaqdiet kollha tar-Rahal huma mhegga biex jattendu u jGibu l-istandardi maghhom.
Fl-10.15am: Quddiesa. Ikun hemm servizz tal-Qrar.
Fil-11.00am: Marc mill-Banda Victory tax-Xaghra u l-Banda Maltija Duke of Connaught's Own ta' Birkirkara li jibda minn Triq Santa Katerina ghal Triq il-Kbira, Triq San zakkarija, Pjazza San Gwann Battista, Triq il-Knisja u jispicca hdejn il-Kazin tal-Banda Prekursur.
Fil-11.15am: Quddiesa. Ikun hemm il-Qrar qabel.
Filghodu jinghata wkoll servizz ta' "meals on wheels" ghall-irGiel li jghixu wehidhom.
Fl-4.30pm: Quddies fil-Museum ta' Triq il-hamsin
Fis-6.15pm: Marc mill-Banda Prekursur li jibda minn hdejn il-Kazin taghha sal-Pjazza San Gwann Battista.
Fis-6.15pm: Quddiesa Solenni ccelebrata minn Mons Joseph Sultana Arcipriet tal-KolleGjata tal-Gharb li jinseG ukoll il-PaninGierku. Mistiedna x-Xewkin ta' barra r-rahal li jiehdu sehem attiv fil-Quddiesa.
Fit-7.45pm: Tibda hierGa l-Purcissjoni waqt li l-Banda Prekursur tilqa' il-hruG tal-Istatwa artisitka ta' San Gwann Battista, xoghol fl-injam u kapulavur ta' Mastru Pietru Pawl Azzopardi bl-Innu ReliGjuz "Fit-Twelid ta' San Gwann Battista". Wara l-Banda Prekursur issellem lill-Patrun taghna San Gwann Battista bl-esekuzzjoni tal-Innu l-Kbir "La Natività di San San Giovanni Battista", kompozizzjoni ta' Maestro Indri Borg versi ta' Guzeppi Serafin Cutajar bis-sehem tat-Tenur, tal-Baritonu, tal-Mezzo Sopran u l-Kor. Jidderiegi l-Banda Mro. Anthony Borg.
Fit-8.30pm: Tibda timmarcja l-Purcissjoni mmexxija minn Mons Joseph Sultana, Arcipriet tal-KolleGjata tal- Gharb bid-daqq ta' Innijiet u Marci Religjuzi.
Fit-8.30pm: Marc mill-Banda La Stella tal-Belt Victoria, minn Triq l-Indipendenza sal-Pjazza San Gwann Battista fejn tesegwixxi Programm Muzikali taht id-Direzzjoni tal-Professur Joseph Vella.
Fl-10.15pm: Merhba lill-Istatwa ta' San Gwann Battista fil-Pjazza.
Fil-10.45pm: Dhul tal-Istatwa fil-Knisja Rotunda, Antifona, Barka Sagramentali u Bews tar-Relikwija.
In-nar tal-festa hu mahdum mill-Kamra tan-nar Santa Marija tal-Imqabba, San Guzepp ta' hal Kirkop, minn Eddie tal-Qrendi u mill-Fontana Brothers.

Il-Hadd 3 ta' Lulju:
L-Ewwel Quddiesa tas-Sacerdot il-Gdid Fr. Franklin Vella.
Il-Quddies ikun fil-5.30am, fis-6.30am, fis-7.30am, fit-8.30am u fid-9.30am.
Fl-9.45am: Jibda l-Marc mill-Banda Prekursur mill-Kazin tal-Banda sad-Dar tas-Sacerdot il-Gdid. Jitlaq il-Korteo mid-Dar sal-Knisja Rotunda akkumpanjat mill-Banda Prekursur.
Fil-10.45am: L-Ewwel Quddiesa Solenni ta' Fr. Franklin Vella b'radd il-hajr lil Alla ghad-Don tas-Sacerdozju. Wara l-Quddiesa, kulhadd huwa mistieden ghar-Riceviment fis-Sala tal-Iskola Roza Magro.
Fl-4.00pm: Quddiesa

 

L-Orkestra tkun taht id-direzzjoni ta' Mro. Colin Attard bis-sehem tal-Kor tal-Parrocca Vox Clamantis.

 

Il-Funzjonijiet u l-attivitajiet tal-Festa ser jixxandru live fuq Radu Prekursur 99.3FM Stereo u ser ikunu streamed fuq il-websajt www.radjuprekursur.com

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 18, 2011 at 01:17 PM )
<Previous   Next>
Friday, 10 th May 2024
13:15 
A+ | A- | Reset