Home arrow News arrow News arrow Gita ghal Ruma mill-Abbatini tax-Xewkija u l-Familji taghhom
Gita ghal Ruma mill-Abbatini tax-Xewkija u l-Familji taghhom PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Jul 22, 2011 at 09:40 AM
    Bejn nhar l-Erbgha 13 u t-Tnejn 18 ta' Lulju l-abbatini tal-parrocca taghna, flimkien mal-genituri taghhom, ghamlu esperjenza gewwa Ruma, organizzata mis-seminarista Mario Curmi.  Il-grupp, li b'kollox kien ta' 32, qaghad gewwa l-parrocca tan-Nativita ta' Sidna Gesu Kristu, fejn hemm xi sacerdoti Ghawdxin iservu.  Fost il-postijiet li zaru nsemmu San Giovanni in Laterano, Scala Santa, Santa Croce in Gerusalemme, il-Bazilika ta' San Pietru, il-Pantheon, iz-zoo di Roma, il-Kolossew, il-monti kbir ta' Porta Portese, il-Bazilici ta' San Paolo fuori le mura u Santa Maria Maggiore, Tivoli u anke l-belt ta' Assisi.  Kienet esperjenza tassew sabiha li tibqa' fil-mohh u fil-qalb ta' kull min kien prezenti.  Nirringrazzjaw lis-seminarista Mario Curmi mhux biss ta' din is-safra li organizza imma anke ta' dawn is-sentejn li fihom hadem fil-parrocca taghna.[ Informazjoni: Dun Trevor Sultana Ritratti: Joseph Cefai ]
 IMG_1138-1024
L-abbatini flimkien mas-Seminarista
Mario Curmi u Dun Trevor Sultana
fuq il-bazilika ta' San Pietru fil-Vatikan
 

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jul 29, 2011 at 05:56 AM )
<Previous   Next>
Monday, 29 th April 2024
03:46 
A+ | A- | Reset