Home arrow News arrow News arrow Set mill-isbah mahdum minn team Xewki ghal-opra Tosca fit-Teatru Aurora
Set mill-isbah mahdum minn team Xewki ghal-opra Tosca fit-Teatru Aurora PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Oct 21, 2011 at 02:55 AM

           l-opra tant maghrufa ta’ Giacomo Puccini, li saret b’success kbir fit-Teatru Aurora nhar il-15 ta’ Ottubru 2011, fethet is-siparju tal-istagun tal-opri gewwa Ghawdex. Ix-xenarju tal-palk tat-Teatru Aurora nbena b'hila mis-Sur Teddy Mizzi u mis-Sur Anthony Buhagiar. Dan wara kien impitter minn Paul Falzon. Kien set mill-iktar impenjattiv peress li kien jehtieg tliet postijiet ewlenin li jinsabu Ruma; l-ewwel att, l-intern tal-knisja ta’ Sant’Andrea della Valle; it-tieni, sala barokka tal-Palazzo Farnese; u l-ahhar att, parti minn Kastell San Anglu. Ix-xenarju kollhu gie mixghul bi dwal vivaci u mill-isbah mis-Sur Donald Camilleri li ikkomplimenta is-set b'dehra unika. Falzon pitter xeni li jinkludu l-koppla u l-pendenti tal-knisja ta’ Sant’Andrea; arazz ta’ San Bastjan fil-Palazz Farnese; bassoriljief tal-Madonna; pittura kbira tal-istatwa ta’ San Mikiel fuq Kastell Sant’Anglu; u l-koppla tal-Bazilka ta’ San Pietru fl-isfond. L-udjenza wriet l-ghogba taghha ghall-esekuzzjoni tas-sett mal-ftuh tas-siparju tat-tielet att b’xena impressjonanti ta’ Kastell Sant’Anglu. Intlaqa' b'capcipa spontanja ta' apprezzament.  Fis-serata tal-opra u anke fil-provi zammew l-appuntament taghhom Charles Borg, Luke Galea David Azzopardi u Sharlon Buttigieg li ghinu backstage waqt il-bdil tax-xeni. Nawguraw lil dan it-team jkompli jaghmel aktar successi fil-qasam tal-opra.

DSC_0466 copy-1024
 Il-Helpers Xewkin flimkien ma' helpes ohra

 


 313354_214600685274495_100001736960432_518873_965385989_n-500
 314735_214600428607854_100001736960432_518863_927775592_n-500
 DSC_0548 copy-500

 T1-500

 

Castel-500

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Oct 21, 2011 at 05:16 PM )
<Previous   Next>
Sunday, 28 th April 2024
18:28 
A+ | A- | Reset