Home arrow News arrow Skola arrow Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter
Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
May 16, 2008 at 10:19 PM

 Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali se jorganizza ghal sena ohra diversi korsijiet ghat-tfal matul ix-xhur tas-sajf.  It-tfal kollha jistghu jattendu ghal dawn il-korsijiet, kemm dawk li jattendu l-iskola primarja tax-Xewkija, kif ukoll dawk li jattendu fi skejjel ohra primarji, .

Il-korsijiet huma dawn:

1.  Skola Sajf 2008:  din hi miftuha ghat-tfal li qeghdin jattendu l-Year 4, Year 5, Year 6.  Hawn it-tfal jitghallmu jaghmlu oggetti bl-idejn u crafts.  Skola Sajf tibda mill-14 ta' Lulju, 2008 u tispicca fil-5 ta' Settembru, 2008.  Skola Sajf tkun miftuha l-gimgha kollha, mit-Tnejn sal-Gimgha u tibda fid-9.00am u tispicca f'12.00pm.  Irid isir hlas darba biss ta' 11.50 euro (Lm4.94) li jkopri l-ispejjez tal-materjal uzat.  Kull min hu nteressat, ghandu jmur l-iskola primarja tax-Xewkija, matul il-hinijiet ta' l-ufficcju, sa nhar il-Gimgha, 6 ta' Gunju.

 

2.  Klabb Sajf 2008:  Dan il-kors huwa miftuh ghat-tfal tal-Year 2 u Year 3 kemm ghat-tfal li jattendu l-iskola primarja tax-Xewkija, kif ukoll ohrajn li jattendu skejjel ohra. Dan il-kors jiffoka fuq story telling bl-uzu tal-pupi, role playing u attivitajiet ohra relatati mal-qari.  Klabb Sajf ikun miftuh mit-Tnejn sal-Hamis, minbarra l-Gimgha, mid-9.00am sa 12.00pm. Irid isir hlas ta' 11.50 euro (Lm4.94) darba biss biex ikopri l-materjal uzat.  Kull min hu nteressat, ghandu jmur l-iskola primarja tax-Xewkija, matul il-hinijiet ta' l-ufficcju, sa nhar il-Gimgha, 6 ta' Gunju.

 

F'kaz ta' diffikulta tistghu ccemplu l-iskola fuq 2155 6341 jew mobile 79067215.

Mr Saviour Tabone
Head of School Soil Street,
Xewkija, XWK 9034
Web: http://schoolnet.gov.mt/xewkija
E-mail:


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Dec 10, 2008 at 10:42 PM )
<Previous   Next>
Friday, 19 th April 2024
20:43 
A+ | A- | Reset