Home arrow Poeziji arrow 150 Sena Skola Fix-Xewkija
150 Sena Skola Fix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 4
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Dec 03, 2011 at 09:02 AM
Ninsabu lkoll migbura biex infakkru,
gurnata li tghamilna lkoll kburin,
ghalhekk nitlobkhom sew li taghtu widen,
ghal dawn il-ftit kelmiet illi gejjin.

Flimkien se mmorru lura ftit snin sewwa,
fil-elf tmin mija wiehed u sittin,
it-tieni jum tal-ahhar xahar tas-sena,
fejn hemm tal-lum tal-Banda il-kazin.

F’dal-jum fir-rahal waqghet hemda kbira,
ghax tbatlu t-toroq taghna mis-subien,
li kif telghet ix-xemx fil-ghodu ngabbru
flimkien, ghall-ewwel darba f’dan l-imkien,.

Infethet l-ewwel skola fix-Xewkija,
ghaddew snin minn dal-jum mija w hamsin,
U sena wara gewwa Triq il-knisja,
Infethet skola ohr’ ghal bniet Xewkin.
‘Mma zmien kien ghadu l-boghod u n-nies ftit mghallma,
kemm huwa ta’ kbir siwi it-taghlim,
u hafna kellhom fehma li uliedhom,
l-iskola qed imorra jahlu l-hin.

Xi bniet thallew id-dar biex jghinu l-qraba,
biex jithejjew ghaz-zmien ta’ wara t-tieg,
u xi subien fir-raba’ komplew jahdmu,
sabiex jghinu l-familja f’li tehtieg.

Dan wassal biex il-gvern jaghlaq l-iskola,
li kienet ghal bniet fethet il-bibien,
u l-ftit li xtaqu jkomplu t-taghlim taghhom,
kellhom bilfors jithalltu mas-subien.

U ghadda z-zmien u beda seklu iehor,
u ghal tant snin il-hajja hekk kompliet,
‘mma hawn ta’ min jinnota li it-talba,
biex jidhlu tfal l-iskola bdiet tizdied.

U kellu l-gvern ghalhekk jaghmel xi haga,
u nkrew zewg postijiet fi triq Tigrija,
ghax kien beda jinhass li l-ewwel skola,
hi zghira wisq ghal tant tfal mix-Xewkija.

U ghadda aktar zmien u d-dinja nqalbet,
il-gwerra fuq gziritna nhasset sew,
u nghalqet tas-subien l-iskola taghhna,
biex taghha l-kmamar bis-suldati mtlew.

Dan wassal biex tithaddem “Half-Time System”,
fil-ghodu jmorru skola is-subien,
imbaghad jidhlu il-bniet kif dawn johorgu,
u hekk baqa’ isir ghal ftit taz-zmien.


‘Mma l-gwerra harbtet anke dis-sistema,
li issa kienet qabdet sew it-triq,
w’ghalkemm inkera post iehor fil-pjazza,
il-hsara kienet kbira wisq biex tfiq.

F’Jannar tas-sena elf u disgha mija,
u fuqhom tnejn w’erbghin sewwa is-snin,
l-iskola f’triq Tigrija, treghdet b’qawwa,
minn bombi li lejn l-art gew imwaddbin.

U bezghu hafna t-tfal u l-genituri,
‘mma Alla ried li ma jindarab hadd,
u kieku mhux ghax kienet Roza Magro
lejn skola t-tfal ma kienu jersqu qatt.

Dix-xbejba u ghalliema mix-Xewkija,
bdiet tigbor ghall-kenn f’darha it-tfal bniet,
dan wassal biex sal-lum l-iskola taghna,
ghal din il-patrijotta issemmiet.

Ghaddew is-snin u l-gwerra ghaddiet maghhom,
u skola beda  jmur issa kulhadd,
ghax car il-ligi l-gdida kienet tghidlek,
li ghal xejn b’xejn taghlim la titlef qatt.

Dan wassal biex timben’ ghall-ewwel darba,
fir-rahal skola gdida f’triq hamrija,
u f’inqas minn sentejn din tlestiet kollha,
biex b’ghad ta’ tfal Xewkin din tkun mimlija.

L-Iskola nfethet fl-elf u disa’ mija,
u tmienja u hamsin fuqhom is-snin,
il-jum kien sewwa sew l-ahhar ta’ Marzu,
li nbeda’ ghas-subien fiha t-taghlim.

Il-bniet bdew f’din l-iskola sitt xhur wara,
hmistax minn xahar Settembru kellna jiem,
tassew kellha x-Xewkija biex tiftahar,
ghax kien ghad bhalha qatt ma deher imkien.

Taf xejn ma’ xiex inxebbhekk jien ja skola,
Tal-bniedem int wisq tixbah lill-pulmun,
u t-tfal bhac-celloli tad-demm hamrani,
li jghaddu gewwa fik jum wara jum.

Taghlimek hu l-ossignu li jehtiegu,
biex xhieda ghalik ikunu kullimkien,
kemm waqt ix-xoghol, id-dar, jew jiddevertu,
biex ismek jibqa’ mfahhar ghall-gejjien

Min jista’ qatt ikejjel, jghodd jew jizen,
kemm gid ixxered minnek tul da’ snin,
ghalhekk jehtieg nifirhu, naghmlu festa
ghax fostn’ ghalaqt illum mija w’hamsin.

Mario Borg                                                 

User Comments
Please login or register to add comments

<Previous   Next>
Thursday, 28 th March 2024
10:07 
A+ | A- | Reset