Home arrow News arrow News arrow Dramm iehor fit-Teatru " Govanni " tax-Xewkija
Dramm iehor fit-Teatru " Govanni " tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 3
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Mar 24, 2012 at 02:40 PM
       Il-Hadd 15 t'April ser tittella l-ewwel serata tad-dramm il-gdid ta' Ghaqda Drammatika Xewkija li jaghlaq dan l-istagun teatrali.  Din id-darba ser jittella d-dramm L-Gharajjes Imweghda, storja imsawwra fuq ir-rumanz tal-kittieb Taljan Alessandro Manzoni, bi traduzzjoni tal-mibki Kan. Joe Meilak.
    Din hi l-ewwel darba li din l-istorja ser tittella' fit-Teatru Govanni u hija storja li tehodna lura l-Italia, fir-regjun tal-Lombardia, fis-sena 1628 waqt l-okkupazzjoni Spanjola fir-regjun Taljan.  Naraw storja ta' mhabba bejn Renzo Tramagliano u Lucia Mondella, b'don Rodrigo, l-villan tar-rahal jipprova jdeffes denbu bejn il-mahbubin.  Tghid jirnexxielu jissepara lil Renzo u Lucia?
   Il-membri tal-Ghaqda Drammatika Xewkija ghaddejjin b'hidma bla waqfien fuq din il-produzzjoni, bil-provi jsiru b'mod regolari matul il-gimgha u x-xoghol fuq is-set li diga' beda.  Dramm li ghandu jisraq il-qlub ta' dawk prezenti, storja ta' mhabba, storja li ggaghlek issir parti minn din il-kommunita' tas-seklu 17. [ Informazzjoni: Charles Borg . Ritratti: Frans Galea ]
DSCN9883-1024
 Waqt il-Provi tad-Dramm
 
 DSCN9885-500
 DSCN9886-500
 DSCN9887-500
 DSCN9888-500
 DSCN9889-500
 DSCN9883-500

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Mar 25, 2012 at 12:24 AM )
<Previous   Next>
Tuesday, 14 th May 2024
07:38 
A+ | A- | Reset