Home arrow News arrow News arrow Radju Prekursur jaghlaq 15-il Sena mit-Twaqqif Tieghu
Radju Prekursur jaghlaq 15-il Sena mit-Twaqqif Tieghu PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Jun 13, 2012 at 04:59 AM
       Illum ir-radju tal-Komunità tax-Xewkija, Radju Prekursur jaghlaq 15-il sena minn meta xandar ghall-ewwel darba. Kien il-Gimgha 13 ta' Gunju 1997 li beda x-xandir fuq il-frekwenza 99.3FM li r-radju tal-Kominità tax-Xewkija bl-Isem ta' Radju Prekursur xandar ghall-ewwel darba fl-okkazzjoni tal-Festa ta' San Gwann Battista ta' dik is-sena. Il-fundaturi ta' dan ir-radju kienu l-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca flimkien ma' Ivan Farrugia, Joseph Xuereb u Dun Eddie Zammit. Sabu wkoll ghajnuna kbira minn Victor Attard flimkien ma' hafna prezentaturi ohra Xewkin. Minn dak in-nhar ir-radju baqa' jxandar kull sena fil-festa ta' San Gwann u festi ohra sakemm fis-sena 2000 beda jxandar matul is-sena kollha. Min-naha taghna nawguraw izjed successi lil Radju Prekursur b'servizz ghall-poplu Xewki. [ Ritratti : Frans Galea ]
 Logoradju2
 Il-Logo ta'
Radju Prekursur
 
L-Innu ta' Radju Prekursur kantat minn Marthese Borg

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 13, 2012 at 08:16 PM )
<Previous   Next>
Tuesday, 14 th May 2024
15:16 
A+ | A- | Reset