Home arrow News arrow News arrow Ghadam li nstabu fil Bulgarija jistghu jkunu ta' San Gwann il-Battista
Ghadam li nstabu fil Bulgarija jistghu jkunu ta' San Gwann il-Battista PDF Print E-mail
User Rating: / 4
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
Jun 22, 2012 at 11:13 AM

 

SaintJohnBones_10_Front

 

Ghadam li nstab fil Bulgarija jista' jkun ta' San Gwann il-Battista. Fil fatt dan sehh madwar sentejn ilu fil gzira bl-isem ta' Sveti Ivan li tinsab fil-bahar l-iswed (Black Sea) fil Bulgarija waqt skavi li kienu qed isiru fuq din il-gzira zghira. Fuq din il-gzira Sveti Ivan, li l-isem taghha maqlub ghal malti hu San Gwann, hemm fdal ta' knisja li fl-art taghha nstab sarkofagu b'dan l-ghadam.

Grupp ta' arkeologi sabu dan is-sarkofagu b'dan l-ghadam, u hdejh sabu kaxxa bl-iskrizzjoni ta' grieg antik li kienet tirreferi ghal San Gwann Battista w fuqha kien hemm mnizzla wkoll l gurnata li fiha tigi mfakkra l-gurnata tat-twelid tal Battista - 24 ta' Gunju. Sejba ohra kienet li ricerkatur ta' Oxford kien sab fuq dokumenti storici li l-monasteru ta' Sveti Ivan kien ircieva xi bicciet mir-relikwi ta' San Gwann il-Battista fil hames seklu jew fil-bidu tas-sitt seklu ghal konsagrazzjoni.

Din is-sejba ta' dawn ir-relikwi kienet tikkonsisti f' sitt bicciet ta' ghadam tal-bniedem u tlett bicciet ghadam ta' annimali. Il-bicciet ta' l-ghadam tal-bniedem kienu jikkonsistu f'bicca mill-id, sinna, bicca mir-ras, bicca min kustilja, bicca mill-ghadam ta' l-ghaksa w bicca ghadma ohra mid-drieh. il-bicciet ta' l-ghadam ta' l-annimali kienu ta' naghga, baqra u ziemel. Kienet stramba li l-ghadam ta l-annimali kien datat ma 400 sena eqdem min dak tal-bniedem, qal Thomas Higham ta l-Universita ta' Oxford.

Mas-sejba ta' dan l-ghadam l-arkeologi kienu xettici fuq l-awtenticita taghhom, dan ghal fatt li hu fatt maghruf li hawn hafna relikwi li huma foloz. Meta dawn l-ghadam gew ittestjati permezz ta 'cardon dating' u 'DNA tests', nstab li wahda mill-ghadam setghet tigi ittestjata ghal 'carbon dating' u din kienet tal bidu ta' l-ewwel seklu AD. Nstaghab wkoll li tlett mill ghadmiet li setghu jigu ittestjati ghad 'DNA tests' kienu ta' l-istess persuna. Dan ifisser li l persuna tista' tkun il-Battista, ghalkemm ma jistghux jkunu certi.

Il-persunagg bibliku ta' San Gwann il-Battista huwa mportanti hafna fil-Knisja Kattolika, u dan jixhduh hafna fatti storici. San Gwann huwa ta' mportanza kbira wara l-Madonna, fil-fatt l-unuku tlett persunaggi biblici li l-knisja ticcelebra l-festa tat twelid kif ukoll tal-mewt huma, ta' Gesu', tal -Madonna u ta' San Gwann il-Battista. Ix-xhieda tal-importanza tall-qima lejn San Gwann il-Battista li gejja mill qedem, nsibuha immarkata fuq numru kbir ta' ikoni w pitturi madwar id-dinja, fejn jidhru Gesu', il-Madonna u San Gwann il-Battista. Ghal hafna l-ghadam ta' San Gwann huma mportanti, ghax il-Knisja tghallem li sew Gesu' kif ukoll l-Madonna telghu s-sema bir ruh u l-gisem, u ghalhekk jaghtu aktar importanza ghal dan il-persunagg bibliku. Haga ohra ta' importanza hi li wahda mill ghadam li nstabu hi ta' l-id il-lemija, li ghamdet lil Gesu'.

Bhalissa fuq n-National Geographic Channel ta' l-Ingilterra ghaddej dokumentarju bl-isem ta' "Head of John the Baptist". Dan id-dokumentarju ta' 45 minuta juri dawn is-sejbiet u wkoll siltiet mill-hajja ta' San Gwann kif nsibu rrakkuntat fil-Bibja. 

Hawn taht qed nwasslulkom siltiet mid-dokumentarju.

  SaintJohnBones_01
Is-sitt bicciet ta' l-ghadam.

 

SaintJohnBones_02
Il postijiet li jghidu li ghandkom xi bicciet mill ghadam ta' San Gwann.

 

SaintJohnBones_03

 

SaintJohnBones_04

 

SaintJohnBones_19
Parti mill iskrizzjoni li nstaghbet fuq il-kaxxa iz-zghira.

 

SaintJohnBones_05

 

SaintJohnBones_06
Il post fejn instab is-sarkofagu bl-ghadam.

 

SaintJohnBones_07
It-test li ikkonkluda li bih seta jsir il-'carbon dating'.

 

SaintJohnBones_08
Il-magna tal-'carbon dating'.

 

SaintJohnBones_09

 

SaintJohnBones_10

 

SaintJohnBones_11

 

SaintJohnBones_12
Is-sit tan National Georgrahic Channel

 

SaintJohnBones_13

 

SaintJohnBones_14

 

SaintJohnBones_15

 

SaintJohnBones_16

 

SaintJohnBones_17
Il-'carbon dating graph'

 

SaintJohnBones_18

 

References (as available on 23/06/2012):

http://www.foxnews.com/scitech/2012/06/15/mysterious-bones-may-belong-to-john-baptist/

http://www.gadling.com/2012/06/18/archaeologists-analyze-john-the-baptists-bones/

http://natgeotv.com/uk/head-of-john-the-baptist

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120616/world/Bones-in-Bulgaria-may-be-of-John-the-Baptist.424506

http://religion.blogs.cnn.com/2012/06/22/bulgarian-bones-could-be-john-the-baptists-as-claimed-scientists-say/comment-page-2/

http://edition.cnn.com/2010/WORLD/europe/08/12/bulgaria.john.baptist.relics/index.html

http://en.wikipedia.org/wiki/John_the_Baptist

http://news.discovery.com/history/john-baptist-bones-120615.html



User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 07, 2015 at 07:15 PM )
<Previous   Next>
Monday, 13 th May 2024
15:37 
A+ | A- | Reset