Home arrow News arrow News arrow Il-Banda Prekursur Tesegwixxi Marc u Programm fil-Festa ta' Santa Marija fir-Rabat
Il-Banda Prekursur Tesegwixxi Marc u Programm fil-Festa ta' Santa Marija fir-Rabat PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Aug 19, 2012 at 09:17 AM

Il-Banda Prekursur tax-Xewkija, ghal darb'ohra hadet sehem fil-festa li ssir gewwa l-Belt Victoria, ad unur Santa Marija. Fil-fatt, il-Banda Prekursur kompliet mat-tradizzjoni li tiehu sehem f'din il-festa fejn sahansitra kienet minn tal-ewwel fi gziritna li taghti l-impenji taghha f'din il-festa tant popolari fil-gzejjer Maltin.

Din is-sena, is-servizz kien jikkonsisti f'marc u programm muzikali, it-Tnejn 13 ta' Awwissu 2012. Il-Banda Prekursur bdiet il-marc minn hdejn il-Kazin tal-Banda Leone fejn baqghet tielgha tul Triq ir-Repubblika, sal-Pjazza Indipendenza, fejn wara esegwixxiet programm muzikali. Fost il-bicciet muzikali li daqqet insibu silta muzikali mill-film "Ben Hur", "Parade of The Charioteers" ta’ Miklos Rozsa, marc "The Dambuster March" ta’ Eric Coates, "Overture Manhatan Tower" ta’ Gordon Jenkins, "Medley Queen in Concert" ta’ Joy Bocook. Din il-medley kienet tikkonsisti minn diversi bicciet ta’ dan il-grupp qatt minsi, il-"Queen". Fost dawn insemmu "We Will Rock You", "Bohemain Rhapsody" u "We Are The Champions". Il-hames u l-ahhar silta kienet "Selection Festival Suite" ta’ Andrea Waignein. Il-Banda Prekursur kienet taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Anthony Borg.[ Informazzjoni u ritratti : M'Angelo Camilleri ]

 112_0450-1024
 Il-Banda Prekursur iddoqq fi Triq
ir-Repubblika

 

112_0447-500
 112_0448-500
 112_0452-500
 112_0454-500

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Aug 20, 2012 at 06:08 PM )
<Previous   Next>
Monday, 13 th May 2024
14:35 
A+ | A- | Reset