Home arrow Poeziji arrow Minn Fuq Spallejn Missieri (2006-2081)
Minn Fuq Spallejn Missieri (2006-2081) PDF Print E-mail
User Rating: / 5
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
May 28, 2008 at 11:13 AM
Poezija ta' Mario Borg

 tberikqniepen_029

 
Kont hemm daqsxejn ta’ tfajjel
niftakar, t’ghaxar snin,
illum bix-xuxa bajda
nghodd hamsa u tmenin.
 
Ilkoll b’ucuh dahkana
kulhadd bil-ferh se jtir
li holmu x-Xewkin kollha
kien daqt sejjer isir.

Niftakar folla kbira
tistenna il-vapur
kulhadd bil-bnadar f’idu
inkella b’xi maktur.

Kif tfacca s-sett tal-qniepen
fuq trakk imghobbijin
trid tara x’festa ghamilna
fl-Imgarr ahna x-Xewkin.

Muturi u karozzi
u zwiemel jimmarcjaw
u x-xena hdejn tal-hniena
ghajnejja qatt ma raw.

W’ghad-daqq tal-Innu Marcja
mill-Banda Prekursur
instema’ capcip qawwi
mill-poplu hemm migbur.

U l-qniepen qabdu triqthom
minn Triq San Bert ghaddew
lej’ l-misrah fejn ghadd akbar
ta’ nies hemmhekk stennew.

U l-‘Kbira’ l-ahhar wahda
migbuda mix-Xewkin
min jista l-ferh ifisser
ta’ qlubna dak il-hin.

U ddendlu f’post imhejji
ghalihom, hdejn xulxin,
niftakar qisu l-bierah
ghalkemm ghaddew tant snin.

Is-sen’ elfejn u sitta
ta’ Gunju s-seba’ jum
dil-grajja qatt ma ninsa
sakemm din hajti ddum.

U tlett ijiem sew wara
mal-Isqof migburin
fil-misrah is-sett qniepen
gew minnu imberkin.

Niftakar lil missieri
jerfaghni fuq spallejh
biex nara kif jindaqqu
b’idejja sew f’idejh.

Kemm smajthom sbieh in-noti
f’widnejja dak in-nhar
qatt qabel ma smajt qniepen
jindaqqu mhux f’kampnar.

U bqajt sal-lum imxennaq
ghalkemm ghaddew tant snin,
kuljum kont nitla l-misrah
sakemm sahhti bdiet tnin.

U llum mixhut fis-sodda
u dejjem maqful gew
‘mma l’ Alla nirringrazzja
tas-smigh li ghadu sew

biex nisma l-hoss hekk hlejju
tal-qniepen mill-kampnar,
u nerha jien niftakar
kif smajthom dak in-nhar,

minn fuq spallejn missieri
mizmum jien minnu sew
u x'hin it-tokki nisma'
bid-dmugh l-ghajnejn jimtlew.

Ghaddew minn din il-grajja
sebghin u hames snin
u hafna milli konna
fil-pjazza dak il-hin

illum m’ghadhomx maghn’ aktar
hallew dal-wied tad-dmugh
u wiehed wara l-iehor
raddew lil Alla r-ruh.

U l-qniepen l’ huma gabu
fir-rahal li habbew
sellmulhom wiehed wiehed
kif lejn hajj’ ohra ghaddew.

U jien ukoll nistenna
iz-zmien tat-tluq daqt sar
qatt aktar ma nismaghhom
kif smajthom dak in-nhar

minn fuq spallejn missieri
u li ghal hafna snin
nitwennes kont nismaghhom
ifakkru lili l-hin,

ta’ ghodwa ohra gdida,
jew daqt li l-jum intemm
nissluli l-ferh fil-festi
u qasmu mieghi l-hemm,

heggewni biex qrib nersaq
lejn Kristu s-Salvatur
kif gewwa x-xaghri ghamel
San Gwann il-Prekursur.
10 ta’ Gunju 2081

F’din il-poezija l-awtur qed jimmagina li ghaddew 75 sena mill-wasla tal-qniepen fix-Xewkija. L-awtur qed  jirrakkonta din il-Grajja minn eta’ fittizzja ta’ hamsa u tmenin sena u qed jaqsam mall-qarrejja, l-esperjenza tieghu, ta’ dak kollu li sehh f’ Gunju 2006, meta kien ghad kellu ghaxar snin. Id-data li tidher taht isem l-awtur,  hija ukoll fittizzja u trid titnaqqas b’75 sena biex turi d-data vera li originarjament inkitbet fiha din il-poezija.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Sep 01, 2012 at 01:25 PM )
<Previous
Thursday, 25 th April 2024
14:32 
A+ | A- | Reset