Home arrow Poeziji arrow 100 Sena Fostna (1913-2013)
100 Sena Fostna (1913-2013) PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
May 17, 2013 at 11:52 AM
 Week38

Ingbarna madwarek f’dil-lejla sajfija,
ja Ark Trijonfali tal-gzira l-wahdien,
ha nfakkru l-mitt sena minn meta gejt fostna,
u niflu grajjietek li ntisget maz-zmien.

Int opra mill-isbah imfassla skont l-arti,
li turi il-hila fis-sengha tal-id,
tad-dehen li kull bniedem b’rigal gie imzejjen,
minn Alla s-setghani ta‘ kollox is-sid.

U l-bniedem dil-hila jmur juza bil-ghaqal,
jissieheb ma’ Alla fil-pjan tal-holqien,
u jsawwar u jinseg tant hwejjeg tal-ghageb,
ha jsebbah madwaru, kull post, kullimkien.

Mitt sena sew ilu, Maltin girien taghna,
dax-xoghol jorqmu marru fost l-aktar sabih,
sabiex jaghtu qima lill-Gisem ta’ Kristu,
f’dan l-akbar misteru jaghtuh l-oghla gieh.

F’dik l-ghodwa, f’ta’ Malta il-belt Kapitali,
kif b’dellek lil Kristu mibdul f’hobz ghattejt,
nisthajlek xtaqt kellek il-fomm bhal ta’ bniedem,
biex lilU kemm thobbu ‘l kulhadd tmur int tghid.

Taghlima ghalina ghax drabi bi lsienna,
lil Kristu inweggghu minflok infahhruh,
lil dak illi ghazel li jibqa’ hawn maghna,
u tana lil gismu biex ahna nikluh.

U kif gie fi tmiemu l-Kungress, beda jberren
f’mohh Xewki-Lorenzo Zammit Haber hsieb,
u stinka kemm felah, ma qaghad qatt bi kwietu,
sakemm fix-Xewkija ra l-Ark shih jingieb

U ntrama’ fil-bidu tal-pjazz’ ewlenija,
faccata tal-knisja biswit is-salib,
sabiex kif jiem qabel minn taht ghadda Kristu,
imur issa jghaddi ta’ Kristu l-qarib.

Nisthajlek Ark sbejjah kull sena ssellimlu,
lil Gwanni kif tilmhu bilmod riesaq qrib,
u terga’ timtela’ bil-ferh ta’ dik l-ghodwa,
u terga’ tixxennaq sabiex fomm issib.

Nisthajlek minn postok tkun trid int tinqala’,
il-hadd f’jum il-festa fit-tard filghaxija,
u timxi ma’ Gwanni sal-bieb tar-Rotunda,
tinghaqad mal-briju li jsir fix-Xewkija.

U tkattar sew gmielek maz-zmien il-moghdija,
artisti fuq gbinek il-pniezel meddew,
u saret id-dehra kif thares lejk tghaxxqek,
tikmix illi ngemgha mas-snin hum’ ghattew.

U l-erba’ Arkangli nisthajjel jittajru,
kif harsti jien ngholli u nixhet ‘il fuq,
u hsiebi jintrefa’ u jhalli did-dinja,
u nibda’ tas-sema mill-hena induq.

U l-Ark jien nisthajlu id-dahla ghall-genna,
il-Bieb li jwassalna quddiem il-Feddej,
nisthajjel lil Gwanni bejn l-erba’ kolonni,
bhal meta jkun f’nofshom fil-festa ghaddej.

‘Mma gewwa is-Sema il-hwejjeg mod iehor,
lil Gwanni mhux ahna sal-knisja nwassluh,
m’hemmx bzonn ta’ bradelli, ta’ lasti, forcini,
jew sahha f’dirghajna biex taht l-Ark ngholluh.

Fis-Sema hu Gwanni li lilna jmexxina,
minn taht ARK jghaddina lil dan jizboq sew,
jwassalna hdejn Kristu u hdejn Xewkin hutna,
li l-hajja qabilna fuq din l-art temmew.

Ghalhekk inhabirku ha jkun jisthoqilna,
li nsibu lil Gwanni u l-grazzja jaghtina,
sabiex kif bih ahna minn taht l-Ark ghaddejna,
mid-dahla tal-Genna jmur hu jghaddi bina.

Mario Borg
5 ta' Mejju 2013 

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Apr 12, 2014 at 05:41 AM )
<Previous   Next>
Tuesday, 16 th April 2024
14:30 
A+ | A- | Reset