Home arrow Poeziji arrow Poeziji arrow Il-Prekursur
Il-Prekursur PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
May 17, 2013 at 12:07 PM

O Kbir Battista, San Gwann kellu jkun ismek,
F’dil-festa qed niccelebraw twelidek.
Int tax-Xewkija, l-patrun tar-rahal taghna,
Naghtuk glorja u gieh ma kullimkien.

Kun dejjem inti dak li tmexxina,
Turina fejn u lilna twitti t-triq,
Kbir Govanni  l-Prekursur ta’ Kristu,
Tan-nisa l-ikbar fost kollha l-ulied.

Ix-Xewkin dejjem ifahhru ismek,
Sib fina l-ferh, b’dat-tempju li bnejnielek,
Li Lilek tan b’ghozza nsellmulek,
Dan hu xempju ta’ l-imhabba kbira lejk.

Kun dejjem inti dak li tmexxina,
Turina fejn u lilna twitti t-triq,
Kbir Govanni  l-Prekursur ta’ Kristu,
Tan-nisa l-ikbar fost kollha l-ulied.

Gewwa x-Xewkija, ferh u allegrija,
B’din il-festa tal-patrun,
Tassew kbira u bir-ragun,
Lil PREKURSUR ...ta’ Kristu.

Il-banda taghna, li bik ferhana,
L-isem tieghek inghatat,
U li mhu ser tichdu qatt,
PREKURSUR ...bhal ismek.

Ahna x-Xewkin, bik tassew dejjem kburin,
Lilna x-Xewkin, zommna dejjem maghqudin,
Taghna int il-patrun, niftahru bir-ragun,
Ghaliex int il-prekursur.

Dak il-kbir ismek, jixraq tifhirek,
Ta’ din is-saltna dhalt werriet,
Min ta’ l-ewwel fis-smewwiet,
L-ikbar fost kollha l-ulied.
F’dan l-jum, lix-Xewkin kollha ferrah.
Taghna int il-patrun, niftahru bir-ragun,
Ghaliex int il-Prekursur.

Omar Camilleri
8/02/2009 
 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( May 17, 2013 at 02:36 PM )
<Previous   Next>
Tuesday, 16 th April 2024
12:12 
A+ | A- | Reset