Home arrow Poeziji arrow Gwanni ta' Qalbi
Gwanni ta' Qalbi PDF Print E-mail
User Rating: / 4
PoorBest 
Written by Mario Borg   
May 28, 2008 at 08:11 PM

Kliem ta' Mario Borg-miktuba fit-28 ta' Jannar 2002
(Dawn il-vesi kienu gew immuzikati minn Ivan Farrugia 

st john

Kont ghadni tarbija

Nghodd biss xi ftit xhur

Met’ommi urietni

Li inti l-patrun

Ta din il-parrocca

Maghzula ghalik

Biex kull min jghix fiha

Fohrija jaghtik.

 

U kbirt u sirt nifhem

Li daqshekk imkien

Ma nsib kull fejn nimrah

‘kk ndur kullimkien

bhal Krist imwieghed

profeti habbruk

twelidek misteru

l-Messija hasbuk.

 

RIT.     O Gwanni ta qalbi

            Mhux ghax-Xewki nhobbok jien

            Ihobbuk il-popli kollka

            Daqsek kbir ma deher imkien

            Dan hu kliem ta Kristu sidna

            Kliem li ma jithassar qatt

            Fost l-imwielda minn tan-nisa

            akbar minnek ma jqum hadd.

 

W’arkanglu ta Alla

l-missierk isib

u jhabbar twelidek

li ferh kbir igib

u kont ghadek tfajjel

f’desert irtirajt

biex hemm b’Ruh il-Qodos

Timtela kemm stajt

 

U hrigt fix-xaqliba

Tax-xmara Gordan

Issum, tghallem, tghammed

Ghal Kristu herqan

Sa ma ghodwa wahda

Int lilu rajt gej

W urejtu lil poplu

Bis-sebgha l-werrej.

        

W’is-sema iccartet

Ghal dawn il-grajjiet

U Alla instema’

Jghid dawn il-kelmiet

“Dan hu l-iben tieghi

jien fih ghaxqa nsib”

w ittajjar l-Ispirtu

ta Alla fil-qrib

hekk kif tghammed minnek

li kien qatt bid-dnub

biex lejn Alla l-gholi

iregga il-qlub

u int ta dan kollu

tajt xhieda bil-kliem

sakemm pjan ta mara

gab hajtek fit-tmiem

 

RIT….

 

W’illum qieghed tgawdi

Lil dak li habbejt

Lil dak li habbartu

Lil dak li urejt

Kif nista O Gwanni

Minn mohhi nnehhik

Ingorrok go qalbi

Niftahar jien bik

 

Inxandar dak ismek

Ma kull fejn inkun

Ghax jien ixxurtjata

Li inti l-patrun

Ta din il-parrocca

Maghzula ghalik

U nibqa sa mewti

F’kull hin

Nahseb fik.

 
User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 06, 2008 at 04:41 PM )
<Previous   Next>
Friday, 26 th April 2024
01:37 
A+ | A- | Reset