Home arrow News arrow Australia arrow Australia arrow Poezija
Poezija PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Contributed by Jesmond Attard   
Jun 13, 2013 at 04:04 AM

Dak il-Jum Dalwaqt Jasal

Viva Giovanni tkun it-thema

Fl'ahhar Hadd ta Gunju

Tax-Xewkin tkun l'istess fhema.

 

Naf li hutna gewwa Ghawdex

Pjacir sejrin jiehdu Zgur

Malli johrog minn gol knisja

Jghajtu viva l-Prekursur.

 

Qaddis ismek minn dak l'Gholi

Mad-dinja kola iddur

Anke hawn gewwa l'Awstralja

Tal-Battista nghamlu unur.

 

Li jien infahhar ismek

Ta unur ikun ghalija

Bil-wisq ikbar festa nghamilek

Ghaliex jiena mix-Xewkija.

 

Min Jaf x'hin mil-knisja Rotunda tohrog

Mghaquda itkun il-folla

Int mux biss Patrun tax-Xewkija

Imma tan-nies fid-dinja kola.

 

O kbir patrun Giovanni

Ilqana b'idejk miftuhin

Zomna mghaquda w ferrieha

Fuq ulidek ix-Xewkin.

 

VIVA L-BATTISTA

Jesmond Attard 2013


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 13, 2013 at 05:44 AM )
<Previous   Next>
Friday, 26 th February 2021
06:58 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org