Home arrow Poeziji arrow Gwanni l-Battista
Gwanni l-Battista PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
May 25, 2008 at 01:00 AM

Poezija ta' Mario Borg-miktuba fis-6 ta' Mejju 1997 
 beheading of st john
Minn qatt jista l-ferh ifisser

Hekk kif Gunju jkun fil-qrib

Xhar twelidek O Giovanni

Hena w paci f’qalbna jgib.

Min qatt twieled, ghex, miet bhalek

Min qatt wera lil Mulej

Mhux ta’ b’xejn tfixkluk ta’zmienek

U hasbuk l-istess Feddej.

 

Mill-profeti kont imhabbar

“Messaggier” skond Malakija

int “il-lehen”, Isaija

bassar fuqek Geremija.

 

Qabel bidet il-fidwa zzernaq

Int ga kont fuq fomm qrabatek

Dak twelidek min qatt jifhmu

Int ghaggibt lil ta’ madwarek.

 

Hekk kif kont daqxejn ta’ tfajjel

Id-desert ghamilt int darek

Hwejjgek glud ta’ l-annimali

Min qatt kien imcahhad bhalek?

 

Gewwa x-xaghri kbirt fl-Ispirtu

Hajtek kienet priedka wahda

Inti shaqt fuq qlub soghbiena

Penitenza, sawm u cahda.

Minnek Kristu ried jitghammed

Biex jghollik qabel iz-zmien

Inti xtaqtu  jghammed lilek

Biex titbaxxa u tickien.

 

Bil-kuragg li wrejt tul hajtek

Int ghaggibt lir-re ta zmienek

Xejn ma’ hsibt fis-setgha tieghu

Li jgib fuqek hesrem tmiemek.

 

Minn qatt bhalek Gwanni taghna

X’ma nkunux ferhanin bik,

Inti mit ghall-Feddej tieghek

Qabel huwa miet ghalik.

 

Fahhruk hafna id-dutturi

Kliem mill-isbah dawn nisgulek

Izda l-isbah panigierku

Kien Gesu’ li ghamilulek.

 

l-aqwa mill-profeti kollha

L-ewwel fost il-qaddisin

L-akbar fost ulied in-nisa

B’dan kburin ahna x-xewkin.

 

Zomm int harstek fuqna Gwanni

F’dan is-seklu l-gdid li gej

Biex inkunu xhieda bhalek

Ta’ Gesu’, Kristu l-feddej.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 08, 2008 at 08:37 AM )
<Previous   Next>
Friday, 26 th April 2024
06:18 
A+ | A- | Reset