Home arrow Poeziji arrow Lil S.Gwann Battista
Lil S.Gwann Battista PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
May 30, 2008 at 11:12 AM

 Poezija ta' Dun Pietru Pawl Grima miktuba 24.6.1930 

Kien habbrek fil-qedem taz-zmien, Malakija,

li kellek tkun Anglu qudiem il-Mulej,

biex timxi quddiemu, thejjilu triq wietja,

fl-erwieh tan-nies tnissel xewqiet il-Feddej.


U wasal dak zmienek li tigi fid-dinja,

biex taqdi dlonk dmirek bi hrara bla qies,

u thabbar twelidek fil Maqdes ta Salem,

missierek hemm tbikkem intlew bl-ghageb in-nies.


Twelidt b'ghageb t'Alla, ghax bin ix-xjuhija,

tqaddist fi hdan ommok, ghal kelma tal-omm

ta' dak li wrajk twieled li kien ga minn qablek,

li l-hatar tal-hakma tal-gnus ghandu jzomm.

Hrigt b'ghagla mix-xaghri, ghal-lehen hallieqek,

ghadejt bhala kewba minn hdejn l-ilmijiet,

ghammidt lil min nidem, qdejt dmirek bir-reqqa,

ma bzajtx tlum is-slaten ghal kiefra htijiet.

U issa li ssaltan fis-sema ghal dejjem,

tinsiex lil dawn hutek, l-imsejkna bnedmin,

kif f'hajtek ghallimthom it-triq minn tal-fidwa,

hekk issa dawwalhom biex jghixu henjin.

                     Nebbahhom biex jghakksu ix-xewqat kollha fiergha,

biex li ma jitniggsu fit-triq tat-telfien,

'mma jimxu fit-triq ta' l-imbierek Messija,

twassalhom fil-genna ta hemmna serhien.

  


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 02, 2008 at 09:12 PM )
<Previous   Next>
Saturday, 20 th April 2024
06:03 
A+ | A- | Reset