Home arrow News arrow News arrow Fotagrafu Professjonali jghin lix Xewkija.net
Fotagrafu Professjonali jghin lix Xewkija.net PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Sep 15, 2013 at 08:01 AM

Matul dawn l-ahhar gimghat, kif stajtu tindunaw, beda jidher isem gdid marbut mall-fotografija li tittella fuq din il-website.

   Dan wara li koppja li jiffurmaw it-tim ta' Visionism Photography inghaqdu mat-tim ta' Xewkija.net biex b'mod volontarju joffru l-kontribut taghhom permezz ta' servizzi fotografici ta’ postijiet, personalitajiet u attivitajiet marbuta mar-rahal taghna.

   Ian (li tfisser John) u Carol, li bdew jghixu fix-Xewkija madwar sitt xhur ilu, diga qed ihossuhom parti mill-familja tal-poplu Xewki, u jinsabu entuzjazti bir-ritratti li qed jiehdu ta’ nhawi differenti madwar ir-rahal taghna.  Huma hassewhom milqughin hafna fix-Xewkija, kif stqarr maghna Ian innifsu:  'in-nies tax-Xewkija laqghuna hafna u kienu ta’ ghajnuna kbira ghalina biex  nintegraw ruhna fil-kommunita.  Inhossni grat hafna ghal mod tajjeb kif laqghuna.’

's pictures-59 (2)
 Ian minn meta kien tifel bil-camera f'idejh

 

   Ian, li hu mill-Iskozja, studja l-Computer Science u l-Matematika fl-Universita ta' Edinburgh, u ghadda diversi snin fl-Ingilterra u fl-Istati Uniti jahdem fl-industrija tal-ottika (optics), sakemm iddecieda li l-fotografija - li hu tant kien ilu jipprattika b'passjoni – issir ix-xoghol professjonali tieghu.

    Ian kien influwenzat hafna minn missieru James, li kien fotografu b’esperjenza kbira.  Huwa rcieva l-ewwel camera tar-ritratti (Hanimex 135) bhala rigal ta’ gheluq sninu meta kellu tmien snin, u minn dak in-nhar ma waqafx jipprattika dan il-passatemp.  Missieru ghallmu t-teknika kif jigu processati l-films u zviluppati r-ritratt fid-darkroom, kif ukoll l-arti ta’ kif ghandu jkun migbud ritratt tajjeb – kompozizzjoni, focusing, u anke exposure.  Aktar tard, Ian kompla jtejjeb il-hiliet tieghu fil-Kullegg tal-Arti fi Plymouth fejn specjalizza fl-ipprocessar digitali u fit-teknika ta’ ritratti fl-istudjo  (studio portraiture).

  Iz-zewgt’itfal ta’ Ian ukoll ghandhom gosti artistici.  Bhalissa jinsabu jistudjaw f’Universita fir-Renju Unit. Greg, it-tifel il-kbir, qed jimxi fuq il-passi ta’ missieru u qed jistudja l-fotografija f’Falmouth, wahda mill-aqwa universitajiet f’dan il-qasam.  Daniel, iz-zghir, qed jistudja l-Graphic Design f’Leicester, il-belt fejn jghix.

   Biex jizgura li fil-familja tibqa’ hajja t-tradizzjoni tal-fotografija, dan l-ahhar Ian irregala l-ewwel camera liz-zewg neputijiet tieghu – Isla (6) u Rowan (4), li jigu t-tfal ta’ bintu Helan.

   Regolarment xogholijiet ta’ Ian u Coral jigu ppubblikati f’rivisti fir-Renju Unit.  Huma joffru servizz ta’ fotografija ta’ portraits kemm fl-istudjo taghhom kif ukoll f’lokalitajiet differenti, kif ukoll joffru servizz ta’ fotografija f’okkazjonijiet tal-familja bhal tigijiet, maghmudijiet u birthday parties.

    Aktar informazzjoni dwar ix-xogholijiet ta’ Ian u Coral tistghu tarawhom fuq il-website www.visionism.co.uk u www.facebook.com/VisionismPhotography.

     F’isem Xewkija.net nirringrazzjaw minn qalbna lil koppja Ian u Carol ghas-servizz li qed joffru b’mod volontarju lil din il-website.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Sep 15, 2013 at 08:05 AM )
<Previous   Next>
Wednesday, 15 th May 2024
14:16 
A+ | A- | Reset