Rebha Konvicenti ghax-Xewkija Tigers wara xokk fl-ewwel taqsima |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Sep 23, 2013 at 12:30 PM |
Nhar is-Sibt 21 ta' Settembru 2013, it-Tim tax-Xewkija Tigers kompla bil-vjagg tieghu tal-Kampjonat ta' l-ewwel Divizzjoni 2013/14. Fil-Gozo Stadium it-Tigers ghelbu lit-tim Promoss ta' Munxar Falcons 5-1 (HT 0- 1). Nistghu nghidi li fl-ewwel taqsima x-Xewkija Tigers kienu tim konfuz fejn ma' setghu qatt jinfdu d-diviza avversarja , anzi wara zball fid-diviza sabu ruhhom min taht. Fit-tieni taqsima il-Kowc Ray Vella biddel xi players u anke xi pozizjonijiet fejn imbaghad it-tim beda jahdem ahjar. Pero xorta kellu jdum jistenna sa kwazi siegha loghob biex fi spazju ta' tlitt minuti t-Tigers gew minn fuq. Min hawn il-quddiem ix-Xewkija komplew b'izjed gowls, wiehed isbah mill-iehor biex dik li kienet tidher telfa bla mistennija spiccat f'wahda konvincenti. Il-gowls tax-Xewkija Tigers gew min Dene Sheilds (2 gowls), Jason Portelli, Keneth Mercieca u Mark Camilleri. [ Photos: Visionism]
| It-Tim tax-Xewkija Tigers qabel il-loghba kontra Munxar Falcons
|
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Apr 02, 2014 at 03:14 PM )
|