Home arrow News arrow News arrow Jasal il-logg tar-Rotunda mill-Italja
Jasal il-logg tar-Rotunda mill-Italja PDF Print E-mail
User Rating: / 3
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
May 31, 2008 at 12:13 AM

 

 RICOSTRUZIONE VETRATA MALTA_thumb

Ritratt tal-logg il-gdid tal-Knisja Rotunda
Ikklikkja fuq ir-ritratt biex tkabbar.
 

Il-logg ta' l-'istained glass' tal-knisja Rotunda tax-Xewkija wasal bl-ajru mill-Italja f'dawn l-ahhar sieghat u mistenni li ghada jasal ix-Xewkija fejn imbaghad jigi iccekjat ghal xi hsarat. Il-gimgha d-diehla imbaghad jigu t- teknici mill-Italja halli jpogguh f'postu. Xewkija.net irceviet ritratt ta' dan il-logg u qieghda twassalulkom grazzi ghal kooperazzjoni ta' l-Arcipriet Mons Carmelo Mercieca. Il-logg inhadem mill-fabbrika Domus Dei ta' Ruma fuq disinn tal-Kav. Paul Camilleri Cauchi. Dan il-logg ser jitqieghed fuq il-bieb il-kbir. Il-logg juri l-Glorja ta' San Gwann Battista. Id-disinn tal-logg finali kien zviluppat fuq l-abbozz originali li kien esebit ghal l-ewwel darba fil-festa ta' San Gwann tas-sena l-ohra.

Dan il-logg hu kompost min seba' persunaggi. Fic-centru nsibu lil Kristu jigglorifika lil San Gwann bil-figura tal-Missier u l-Ispirtu s-Santu fil-forma ta' Hamiema. Fix-xellug n-naha ta' Kristu nsibu lil figura tal-Madonna u dik ta' San Guzepp, filwaqt li fuq n-naha tal-lemin, n-naha ta San Gwann naraw lil Santa Elizabbetta u lil San Zakkarija. Mill-abbozz originali tnehhew iz-zewg angli mill-gnub, biex il-persunaggi jispikkaw iktar. Il-persunaggi tal-Missier, Kristu u San Gwann jiffurmaw it-trijangolu centrali  filwaqt li il-figuri l-ohra, tnejn kull naha, jibbilancjaw tajjeb din il-bicca xoghol ta' l-arti ta' sengha kbira. 

 

 DSC_43171_logg_JoeZammit

Ritratt ta l-abbozz tal-logg - Hajr Joe Zammit


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 07, 2015 at 07:12 PM )
<Previous   Next>
Saturday, 27 th April 2024
01:14 
A+ | A- | Reset