Home arrow News arrow News arrow Ktieb ta' tpingija w informazzjoni dwar ix-Xewkija mil-Kunsill Lokali
Ktieb ta' tpingija w informazzjoni dwar ix-Xewkija mil-Kunsill Lokali PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Nov 26, 2013 at 08:39 AM

    Nhar is-Sibt 23 ta' Novembru 2013, waqt is-serata kommemorattiva ta' Jum ix-Xewkija gie inawgurat il-ktieb ta tpingija ghat-tfal tax-Xewkija. Dan il-progett, li mbeda mill-amministrazzjoni precenti tal-Kunsill Lokali, issa f'din il-legislatura immaterjalizza u tqassam bhala text book lit-tfal tal-year 3 u 4 li jattendu l-iskola primarja tax-Xewkija. Kienet Dr. Monica Vella li flimkien ma' Dr. Raymond Xerri avvicinaw lil Paul Falzon sabiex jissawwar ktejjeb tat-Tpingija fuq il-wirt Artistiku-Religjuz fix-Xewkija. Il-Kunsill prezenti permezz tas-sindku s-Sur Paul Azzopardi hadmu bis-shih sabiex dan il-progett ikompli ghaddej u jitwettaq. Huwa fundamentali, li t-tfal tax-Xewkija, minn eta' zghira jkabbru l-gharfien taghhom rigward il-wirt artistku-religjuz li hemm fir-rahal taghhom. Dan jghin sabiex it-tfal jiskopru opri sbieh u japprezzaw aktar il-wirt il-patrimonju Xewki. Dan il-ktejjeb huwa wiehed minn sensiela ta' tlieta. It-tfassil u s-suggetti mpittra gew maghzula minn Paul Falzon u Raymond Xerri, u Francesco Pio Attard ha hsieb il-captions, miktuba kemm bil-Malti u anke bl-Ingliz. Din hi inizzjattiva ferm innovattiva u sabiha ghal gid tal-komunita taghna.[ Ritratt: Paul Falzon ]

 Ktieb tfal
 Ktieb dwar ix-Xewkija ghat-tfal

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Nov 27, 2013 at 12:16 AM )
<Previous   Next>
Friday, 26 th April 2024
08:54 
A+ | A- | Reset