Home arrow Poeziji arrow Lil San Gwann l-Ghammiedi
Lil San Gwann l-Ghammiedi PDF Print E-mail
User Rating: / 4
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 01, 2008 at 12:45 PM

(Sunett ta' Anton Haber)

Qaddis li fost il-kotra s-Sema ghazlitek
biex tal-mahbub Gesu’ tkun Prekursur:
id-dinja staghgbet meta rat twelidek,
hajr ‘l Alla tat, radditlu kull unur.

Imbassar mill-Profeti tal-kbir Alla,
bhal Kristu mhabbar minn San Gabriel;
tqaddist f’guf Ommik, f’dal-gieh sfajt imtalla’
twelidt bhal fjur li jfuh qatt ma jitbiel.

Int wahdek l-ghaxqa tax-Xewkin uliedek,
li lkoll riduk Patrun, l-izjed hanin,
ghax fuq kulhadd rawk toghla bi qdusitek.

Dal-gens f’kull zmien, b’kull mod mar lilek ighanni
jixhduh Ghawdxin, Maltin u barranin;
ghax fejn hemm qalb ta’ Xewki ssib lil Gwanni

.

desktop2


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jul 08, 2008 at 12:41 PM )
<Previous   Next>
Thursday, 25 th April 2024
13:58 
A+ | A- | Reset