Home arrow News arrow Skola arrow Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter
Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
Jun 02, 2008 at 03:34 AM

Gozo College Xewkija Primary                                                                     Tel. 2155 6341

It-Tnejn, 2 ta' Gunju:  Jibdew in-nofstanhari.  L-iskola tibda fit-8.15am u tispicca f'12.00pm. It-tfal jigu lebsin qalziet ahdar u poloshirt abjad.  L-ingravata ma tintlibisx.  Importanti li tingieb il-beritta u zidu l-volum ta' ilma li taghtu lit-tfal ghall-iskola.  Segwu l-programm Zmeraldi fuq Educ 22 fejn se jkun muri l-progett  Home-Sci-Home, li fih hadu sehem fost l-ohrajn, l-istudenti tal-P5 (Primary 5/Year 5) taghna.

It-Tlieta, 3 ta' Gunju:  Primary Science Assessment ghat-tfal tal-P5 (9.00-10.00) u tal-P4 (10.30-11.30). Il-P5 ikollhom reading session flimkien ma' l-ghalliem taghhom fil-Librerija tal-Kunsill u wara t-tfal isegwu attivita fuq l-internet mill-Librara.  Fl-ghaxija, erba' membri mill-Kumitat ta' l-Ekoskola se jitilghu l-parlament.  Prezenti maghhom se jkun hemm membri parlamentari min-zewg nahhat tal-Kamra tar-Rapprezentanti.

L-Erbgha, 4 ta' Gunju:  It-tfal tal-P4, P5 u P6 se jkollhom tahdita dwar l-Ambjent minn BirdLife.  Se jkollna wkoll delegazzjoni mill-Bank of Valletta, f'din il-gimgha ddedikata lill-Kommunita.  Grupp ta' studenti se jmorru Malta minhabba r-Ramblers' Competition, fejn se jithabbru r-rebbieha. Awguri !

Il-Hamis, 5 ta' Gunju:   Laqgha ghat-tfal tal-P2 mill-OASI, bl-isem : Kif Inhossni ?   Il-hin ikun fit-8.30am.  Illum isir il-qrar.

Il-Gimgha, 6 ta' Gunju : Il-P3 jattendu ghal attivita  fil-Wied tal-Lunzjata f'Jum l-Ambjent. Il-P6 se jmorru mixja fl-inhawi ta' Wied il-Ghasri u x-Xwejni.  Ikun hawn il-quddiesa ta' l-Ewwel gimgha tax-Xahar.

L-iskola taghna se ticcelebra Jum il-Missier nhar l-Erbgha, 11 ta' Gunju.  It-tfal jistghu jixtru kejk zghir plain,  bil-kelma ‘Dad' fuqu.  Dak inhar ukoll se tinzamm Ice-Cream Day ghat-tfal. 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Dec 10, 2008 at 10:42 PM )
<Previous   Next>
Friday, 26 th April 2024
07:22 
A+ | A- | Reset