Home arrow Poeziji arrow Nhar San Gwann fix-Xewkija
Nhar San Gwann fix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 2
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 01, 2008 at 01:00 AM
Poezija ta' Wenzu Camilleri
   (miktuba fl-14.4.1992)
  
X1320
 Meta Gunju joqrob fl-ahhar
x’festa naghmlu fix-Xewkija:
it-twelid tal-Kbir Battista
grajja kbira w imsemmija.

Ahna bnejna knisja kbira
ad unur tal-qaddis Kbir
gawhra rzina ta’ dar-rahal
b’hekk naghtuh l-oghla tifhir.

L-ikbar festa gewwa Ghawdex
tara nies dejjem gejjin
biex jaraw dik ir-Rotunda
ghaxqa w ghira tal-Ghawdxin

X’hin San Gwann fil-bieb jitfacca,
dik l-istatwa hekk sabiha
ix-Xewkin jinfexxu jghajtu
innijiet tassew ferrieha.

U fi hrug il-purcissjoni
qalb murtali qalb sparar
“Prekursur” il-banda taghna
marci ddoqq kemm sbieh u kbar.

U fid-dhul tal-purcissjoni
tara dawk il-folol kbar
herqanin, ilkoll mistaghgba
jaraw dak il-gmiel ta’ nar.

Kif San Gwann ihares lejna
f’nofs il-bieb biex jidhol gewwa
is-Smewwiet jimtlew kuluri
Kulhadd jghid, “Xi gmiel,xi hlewwa”

Sliem ghalik, Gwanni l-Ghammiedi
x’knisja ghandek monument
l-ikbar wahda f’Malta w Ghawdex
turi t’Ghawdex it-talent.

Kemm nifirhu, Gwanni taghna
f’tat-twelid il-jum minn tieghek
lilek naghtu gieh u glorja
Gewwa l-Genna hudna mieghek

Qalbna theggeg bhal huggiega
dejjem nibqghu maghqudin
viva l-Kbir Gwanni l-Battista
il-Patrun taghna x-Xewkin.



 

 

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jul 08, 2008 at 12:40 PM )
<Previous   Next>
Thursday, 25 th April 2024
15:58 
A+ | A- | Reset