Home arrow Poeziji arrow Zewg Anniversarji
Zewg Anniversarji PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Apr 12, 2014 at 04:24 AM

20 Sena Pavaljuni 
10 Snin Statwa tal-Battista
(Pjazza 
tal-Gibjun)

 

 St John Gibjun u Pavaljun

Qatt ma nstema’ fix-Xewkija,
li xi pjan, holma jew hsieb,
baqghu biss bil-linka mhazza,
fuq il-pagni ta’ xi ktieb.

Thabtu shih missirijietna,
gharfu sew il-htigijiet,
biex isebbhu dawn l-inhawi,
urew taghhom kbar hiliet. 

Jekk mar-rahal taghmel mawra,
timrah ftit b’harset ghajnejk,
tista’ tara dak li nkiseb,
tmiss dil-hidma sew b’idejk.

Gmiel ta’ knisja singulari,
tant ghaqdiet, socjetajiet,
kumitati u kazini,
kollha varji l-ghanijiet.

U ghalkemm fl-isfera taghhom,
jekk socjali, religjuz,
wisq mehtiega hija l-hidma,
xoghol kulhadd huwa bzonnjuz.

U dan kollu jmur jissarraf,
ghal rahalna gid wisq kbir,
ghax dak kollu li jitwettaq,
ghal skop wiehed biss isir;

biex tisseddaq l-armonija
u jitkattru il-kisbiet,
illi bihom dan ir-rahal
zewwaq tieghu il-grajjiet.   

U kif bidwi jkun jistenna,
sabiex l-art il-hxejjex trodd,
ix-Xewkin fix-xahar ta’ Gunju,
ta’ dil-hidma jduqu l-frott.

U mill-gdid l-ghada tal-festa,
kif kull hoss imut fis-skiet,
tibda l-hidma, biex li gejja,
tizboq sew lil dik l’ghaddiet.

Kien il-hsieb ilu iberren,
li l-inhawi tal-Gibjun,
jnizzel ismu fuq il-pagni,
fil-program tal-festa jkun.

Ghoxrin sena sewwa ilu,
sehhet holma f’daw’ nahat,
illi bhalha l-gzira t’Ghawdex ,
kienet ghadha qatt ma rat.

Minn hajt s’ iehor ta’ dil-pjazza,
fuq l-irjus sewwa merfugha,
kollha dwal, zewg pavaljuni,
b’tant ilwien lilha saqqfuha.

Tassew toghxa thares lejhom,
minn tarf s’iehor kbar bla qies,
w’hekk kif griet l-ahbar li zzanznu,
minn kull rokna giet in-nies.

Ghadda z-zmien u f’dawn l-inhawi,
rega’ nibet hsieb sabih,
statwa gdida tal-Battista,
b’pedestal mibni ghalih.

Kien fis-sen’ elfejn u erbgha,
is-sittax ta’ Gunju x-xahar,
statwa sbejha illi tixbah,
ta’ Loretta t-Titular;

waslet fostna qalb tant briju,
u b’taz-zghazagh it-thabrik,
giet imwassla sar-Rotunda
fejn sar taghha it-tberik.

U kull sena t-Tnejn flghaxija
kif minn-nicca l-hrug isir,
jibda marc, li b’din l-istatwa,
issa jsir tassew bil-kbir.

U il-briju jkompli jikber,
kif il-Banda Prekursur,
toqrob lejn il-Kazin taghha,
w’ l-innu marc iddoqq hemm tmur.

L-isfar, l-ahmar il-kuluri,
fuq il-bnadar mghollijin,
u iz-zghazagh mal-istatwa,
zifna wahda ma’ xulxin.

W’hekk kif fuq il-Gibjun jasal,
jkompli l-briju tant jizdied,
daqq, capcip, dwal u murtali,
illi jlewwnu is-smewwiet.

U l-istatwa tal-Battista,
mas-sellum tintrabat sod,
u ghad-daqq tal-Banda taghna,
titla helu ‘l fuq bil-mod.

U hekk tasal sal-quccata,
sa fuq nett tal-pedestal;
kif qatt tista r-rabta taghna,
minnek Gwanni tmur tinhall?

Din is-sena festa akbar,
ilek fostna ghaxar snin,
u kif fl-gholi terga titla’ 
bierek lilna ix-Xewkin;

ghaliex inti l-ghaxqa taghna,
ahna wliedek mahbubin,
nistennew li ghad gurnata,
mieghek nghixu maghqudin.

Mario Borg 
1 ta’ Gunju 2014


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 02, 2014 at 06:46 AM )
<Previous   Next>
Tuesday, 11 th December 2018
09:56 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org