Xewkija Tigers jirbhu l-Kanpjonat ghas-sitt darba b'ghaxar punti vantagg |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Apr 16, 2014 at 12:44 PM |
Nhar il-Hadd 13 ta' April 2014 kienet gurnata memorabbli ghat-Tim tax-Xewkija Tigers. It-Tigers laghbu l-ahhar loghba tal-Kampjonat fejn minkejja li kienu zewgt gols min taht xorta hargu l-karattru taghhom u ghelbu lil SK Victoria Wanderers 4-3 ( HT 2-1 ). Il-gols ghax-Xewkija Tigers waslu min John Camilleri (2gols) , Chris Camilleri u Dene Shields. Ta' min jghid li Dene Shields spicca l-aqwa skorer t'Ghawdex bi 18 il-gol. Wara il-loghba kien hemm celebbrazzjonijiet kbar kemm fil-grawnd kif ukoll fil-pjazza tax-Xewkija u li damu sa tard bil-lejl. Minn nahha taghna nifirhu lil President Jeffrey Farrugia, shabu tal-Kumitat , il-Coach Ray Vella u l-assistenti coaches, il-players kollha kemm Xewkin, Ghawdxin, Maltin u Barranin ufl-ahhar u mhux l-anqas is-Supporters Xewkin. Issa t-Tigers ser jilghbu loghba ta' hbiberija kontra t-Tim maghzul Malti ta' Taht is-17 il-sena nhar is-Sibt 19 ta' April 2014 fis-2.00pm fil-Gozo Stadium. [ Ritratti: Coral & Ian Moyes ( Visionism) ] Ghal-izjed ritratti ara il-Facebook page tax-Xewkija.net
| Is-Supporters Xewkin issegwu l-loghba
|
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Apr 16, 2014 at 01:18 PM )
|