Home arrow Poeziji arrow Hgejjeg ta' San Gwann
Hgejjeg ta' San Gwann PDF Print E-mail
User Rating: / 2
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 05, 2008 at 01:00 AM

Poezija ta' Gorg Pisani
 st John fl-irham
Hgejjeg fil-bliet u rhula
huggiega kullimkien
kull fejn il-harsa twassal
nirien, nirien, nirien.

U t-tfal iduru dejjem
izommu id-xulxin
ighannu u jiddevertu
u jaqbzu ferhanin.

Il-ghana hlejju taghhom
ihossu jqajjem fija
id-dehra tal-imghoddi
il-hajja tat-tfulija.

Ghadni niftakar tajjeb
liz-zmien sabih li tar
fil-giri ta' mat-toroq
flimkien ma shabi zghar.

Il-hgejjeg konna nqabbdu
fit-toroq, fuq l-gholjiet;
Hgejjeh li kienu jiksru
id-dlam tal-lejl u s-skiet.

Il-lum il-folja nqalbet
tal-ktieb tal-hajja tieghi;
flok jien indur mal-hgejjeg
in-nar qed idur mieghi

Ghannuli tfal, ghannuli,
semmghuli dawk l-ghanjiet,
fakkruni fil-huggiega
li llum go qalbi ntfiet.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jul 08, 2008 at 12:44 PM )
<Previous   Next>
Friday, 29 th March 2024
10:42 
A+ | A- | Reset