Home arrow News arrow News arrow Quddiesa u Kuncert mil-Allievi tal-Banda Prekursur fl-okkazzjoni tal 85sena mit-Twaqqif taghha
Quddiesa u Kuncert mil-Allievi tal-Banda Prekursur fl-okkazzjoni tal 85sena mit-Twaqqif taghha PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
May 18, 2014 at 08:04 AM

Nhar it-Tlieta, it-13 ta’ Mejju 2014, saret serata muzikali mill-alljievi tal-banda Prekursur fis-sala Zakkarija Cilia fil-kazin tal-banda Prekursur. Is-serata bdiet b’quddiesa mill-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca u d-Direttur Spiritwali tal-banda l-Kanonku Eddie Zammit fl-okkazjoni tal-85 anniversarju tat-Twelid tal-Banda Prekursur. Il-prezentatrici ta’ din is-serata kienet is-Sinjura Joanna Falzon, wara  l-kliem ta’ inroduzzjoni, is-serata bdiet bid-dikors tas-Segretarju s-Sur Carmel Attard.  L-ewwel aljieva  Simone Cremona bil-Flute daqqett ‘A Hard Day’s Night’, it-tieni aljieva Julia Cremona daqqett bil-Klarinett silta mid-diska tal-Abba ‘Thank Tou for the Music’, it-Tielet aljiev Simon Rapa bl-istrument tal-Flugelhorn daqq zewg siltiet muzikali li huma ‘The Boat Song’ u ‘ Crusaders Hymn’. Wara l-aljiev Gwann Battista Camilleri daqq bl-istrument tal-kurunetta s-silta ‘Long Long Ago’  imbaghad Mons. Arcipriet Carmelo Mercieca ghamel diskors qasir tal-okkazjoni u ghamel il-funzjoni tat-tberik. Wara ghaddejna ghat-tieni parti ta’ l-aljievi fejn bl-istrument tar-ram il-kurunetta daqq id-diska ‘Caisson Song’ Andre Attard.  Ezatt wara Joseph Cefai bl-Althorn daqq ‘Light Raw’. Bil-Klarinett kienet id-diska ‘You Raise Me Up’ li indaqqet min Gordianne Vella. Izaak Bajada bis-Saxafone Alto esegwixxa  bicca muzika li ggib l-isem ‘Samba de Janeiro’. Is-siltiet muzikali li jmiss jndaqqu min Josef Attard bl-Althorn bl-isem ta’ ‘Barking Mad’ u ‘ You Made It’. Bl-istrument tad-Drum Kit, Jean Cremona daqq is-silta muzikali ‘ Iron Horse’. Wara saret powerpoint dwar il-Kavaller Lorenzo Zammit Haber li kien l-ewwel President tal-Banda, barra li hadem hafna ghar-rahal tax-Xewkija u ghal-knisja.  Il-biografija ta’ Lorenzo Zammit Haber inqrat mis-sinjura Joanna Falzon. Kien imiss id-diskors tal-Kaxxier tal-banda s-Sur John Vella fejn heggeg li dawk prezenti sabiex kulhadd jghin lill banda mill-ahjar li jista. Wara ghamel kelmtejn tal-okkazzjoni is-Sindku s-Sur Paul Azzopardi.  Wara l-prezentatrici sejhet lil Assistent Surmast Mark Gauci sabiex jipprezenta c-certifikati lill istudenti tal-Kullegg Primarju t’Ghawdex, tax-Xewkija li attendew ghal workshop, Hands on Music. u lil President tal-banda s-Sur Louis Vella sabiex jipprezenta c-certifikati lill Aljievi taghna li hadu sehem f’din is-serta, il-powerpoint ta’ din is-serata  ha hsieba s-Sur Jason Attard. [ Informazzjoni: M'Angelo Camilleri Ritratti: Frans Galea ] Ghal-izjed ritratti ara l-Facebook page tax-Xewkija.net

IMG_9545-1024
 Waqt is-serata ta' nhar it-Tlieta 13-5-2014

 

 

IMG_9375-500
 IMG_9376-500
 IMG_9379-500
 IMG_9385-500
 IMG_9392-500
 IMG_9393-500
 IMG_9405-500
 IMG_9413-500
 IMG_9428-500
 IMG_9434-500
 IMG_9464-500
 IMG_9466-500
 IMG_9475-500
 IMG_9486-500
 IMG_9497-500
 IMG_9506-500
 IMG_9516-500
 IMG_9537-500
 IMG_9563-500
 IMG_9572-500

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( May 18, 2014 at 08:27 AM )
<Previous   Next>
Thursday, 25 th April 2024
16:23 
A+ | A- | Reset