Home arrow Poeziji arrow Poeziji arrow X’Ghamilt dis-Sena Aktar minn Snin Ohra?
X’Ghamilt dis-Sena Aktar minn Snin Ohra? PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
May 31, 2014 at 07:20 AM
St John out of Niche
Xhur shah jien dan il-jum ilni nistenna,
hlomt bih dan il-mument is-sena kollha,
u issa ninsab hawn f’din ir-Rotunda,
bil-ferh imfawra qalbi, f’nofs il-folla.

Ftit iehor u c-cappetti kbar icedu,
u l-hoss taz-zaqzieq taghhom armonija,
li jpaxxi s-smiegh bhall-isbah melodija,
u toqrob hekk fi tmiemha l-istennija.

Il-bieba bdiet bil-mod il-mod titbexxaq,
caqcieq l-injam wasalli sew f’widnejja,
u xirfet helu helu l-isbah xbieha,
u b’pass kajman bdiet riesqa, toqrob lejja.

F’capcip li jtarrax dlonk tinfexx il-kotra,
u z-zghazagh taht l-istatwa ghalenija,
mal-koppla “l-Innu Marc” idur, jirbombja,
b’sinjal li bdew il-festi fix-Xewkija.

U harsti dlonk ma’ tieghek tmur tiltaqa’,
ghax daqt se taqbad tiela’ il-korsija,
w’ghal ftit sekondi biss qabel tahrabli,
‘ttennili int mill-gdid elf mistoqsija.

“X’ghamilt dis-sena aktar minn snin ohra,
sabiex tkun dehen li ismi ggib fuq gbinek?
minn tnax il-xahar li Alla mar jisilfek,
kemm kont lest illi lura ttiH minn hinek?

X’ghamilt dis-sena aktar minn snin ohra,
biex “Prekursur” war’ ismek lilek naghti?
kemm int “Werrej” ta’ Kristu kull fejn tghammar,
w’ ghall ismU bhali tkun lest illi tbati?

X’ghamilt dis-sena aktar minn snin ohra,
sabiex tkun “il-habbâr” f’kull post li zzur?
taghlimU bhali twassal fejn mhux mgharraf,
u tkun ghall-messagg tieghu difensur?

X’ghamilt dis-sena aktar minn snin ohra?
imkien “il-Lehen” tieghek ma semmajt,
kull meta l-ligi t’Alla giet imkasbra,
ghazilt li ta’ bir-ruhek xejn ma rajt.

X’ghamilt dis-sena aktar minn snin ohra?
biex tkun “ix-Xhud” ta’ dak li miet ghalik;
Jien mitt ghaliH zmien qabel miet ghalija,
biex kemm habbejtu mmur lilek nurik.

Jien hajti ghexth’ ghaliH mill-bidu taghha,
u qbizt bil-ferh fil-guf kif kont qrib tieghu;
w’ghalik, gismU sar hobz, biex f’qalbek jinzel,
u int ghazilt id-dnub, w’iggilidt mieghu.”

Jien bqajt b’halqi mitbuq ma nafx x’se nwiegeb,
hekk kif tennieli l-ahhar mistoqsija:
“Min jien ghalik,  il-vara f’zokk imnaqqax,
li darba f’sena ddur it-toroq biha?”

“Ghamel il-qalb” tennieli b’hafna hlewwa,
“jekk Alla jrid u ghomrok b’sena jdakkar,
mill-gdid minn din in-nicca jiena nixref,
u l-mistoqsija lilek nerga’ nfakkar.

Qis biss li din id-darba taghraf twiegeb,
zomm lili bhall-mudell biex tfassal jiemek,
ghax taf ghalik din tkun l-ahhar twiddiba,
ma tobsor qatt kemm qrib tinsab lejn tmiemek.”

Bhal wiehed sew mibluh strihajt man-nicca,
li issa tinsab vojta tistenniek,
biex terga hmistax ohra lura thaddnek,
u tghalqek gew, sakemm ftit ftit ninsiek.

‘Mma din is-sena xejn mhu se jifridna,
u la hitan, la hgieg, l-anqas bibien,
ghax lilek jien mil-lum se nzomm go qalbi,
u nxandar l’ int xandart ma’ kullimkien.

Dak ismek ser ikun kuljum fuq fommi,
ha jkunu jafu bih l-erbat irjieh,
kull fejn riglejja jmiddu l-passi taghhom,
dak kollu l’ghallimt int se ngorru fih.

Se nkun ” il-Lehen” qalb tant ilhna ohra,
li xtaqu l-vuci tieghek johonquha,
se nkun “ix-Xhud” tal-kelma, “habbâr” taghha,
“Werrej” ghal dawk li l-vera triq tilfuha.

U s-sena d-diehla nkun lilek nistenna,
biex kif taghmilli  l-ewwel mistoqsija,
ma jigrilix kif grali din is-sena,
inhoss qalbi titqal bis-sens ta’ htija.

U nweghdek li nkun dehen nissejjah ibnek,
u  dehen ta’ wild ir-rahal tax-Xewkija,
ta’ poplu li ghax habbek mar jibnilek,
dan l-akbar Maqdes f’nofs il-gzir’ Ghawdxija.


Mario Borg
31 ta’ Mejju 2014
(Festa tal-Vizitazzjoni)  


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 01, 2014 at 11:43 AM )
<Previous   Next>
Thursday, 28 th March 2024
09:39 
A+ | A- | Reset