Home arrow Poeziji arrow Poeziji arrow Nhar San Gwann
Nhar San Gwann PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 17, 2008 at 01:00 AM

Sunett ta’ Dun Karm Psaila

 st John
Ghaddew mijiet ta’ snin u lehnek baqa’
sabih u qawwi nhar il-ghid ewlieni
tal-kbir Battista jidwi kmieni kmieni
fuq din il-belt li nbniet biex qatt ma taqa’.

U gewwa l-knisja n-nies ghadha tiltaqa’
mill-bliet u rhula, u fuq wicchom hieni
nilmah miktub bid-dawl il-ferh gewwieni
li donnu f’dan il-jum fuq kulhadd jaqa’.

Jidwi lehnek ferrieh, qanpiena tqila,
fil-waqt li mat-triqat nodfa u xemxija
tghaddi meqjuma l-gilwa twila twila;

U tnejn tnejn maghhom, fuq il-weraq tieri
nisthajjel ghaddejjin, harsithom mimlija
b’dak il-mixi meqjus il-kavallieri.



 

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 08, 2008 at 08:40 AM )
<Previous   Next>
Friday, 19 th April 2024
03:13 
A+ | A- | Reset