Home arrow Poeziji arrow Vox Clamantis
Vox Clamantis PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 20, 2008 at 01:00 AM

Poezija tal-Kan. Joe Mejlak
 ScreenHunter_001
God-desert ghodwa wahda bhal raghda,
lehen jidwi instema jirtghod
fuq il-bahar, fil-berah tas-sema,
go kull rokna tal-qrib u tal-boghod.

"Wittu t-triq ghall-Mulej" kienet l-ghajta,
u n-nies resqet tismaghha mill-qrib,
ghaliex gharfet li kienet genwina
u li hierga mill-qalb ta' habib.

U kull wied li deher vojt ried jintela,
waqt li l-hotob malajr jitwttew,
sabiex l-ghelt u n-nuqqas tal-imghoddi
dlonk jinhafru w bil-mod jintesew.

In-nies tghammdet u wieghdet li tibda
hajja gdida li twassal ghas-sliem,
ghajn ta grazzja u taghni w isseddaq,
barka w gid, ferh u hena bla tmiem.

Dak il-lehen illum ghadu jidwi
tal-Battista mas-sebh kmieni kmieni,
u f'kull qalb jibqa' niezel bil-hlewwa
biex il-bniedem mill-gdid jisfa' hieni.

Ghinna Gwanni, ha nilqghu bil-hegga
l-ghajta tieghek li dwiet kullimkien:
qatt thalliha tintefa w titmewwet
'mma wassalha sat-temma taz-zmien.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jul 18, 2008 at 07:47 PM )
<Previous   Next>
Thursday, 28 th March 2024
23:35 
A+ | A- | Reset