Home arrow News arrow News arrow Anniversarji Mportanti fix-Xewkija
Anniversarji Mportanti fix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Joanna Falzon   
Jun 21, 2014 at 09:29 AM

Tajjeb li wiehed jinnota li din is-sena (2014) fir-rahal tax-Xewkija qed jigu ccelebrati diversi anniversarji.

Il-Banda Prekursur ghalqet 85 sena mit-twaqqif taghha (1929-2014).

Il-Club tal-futbol tax-Xewkija Tigers twaqqaf fl-1939 u dan iffiser li ilu mwaqqaf 75 sena.

Fl-2004 ingabet fostna l-istatwa ta San Gwann li jittella' hdejn il-gibjun fi Triq il-Kbira u ghalhekk din is-sena ghalqet 10 snin titgawda mill-poplu Xewki.

Il-Pavaljun li jintramaw fil-Pjazzetta tal-gibjun ghalqu 20 sena.  Dawn kienu izzanznu fl-1994.

U kif diga habbarna fil-jiem li ghaddew, l-Arcipriet tal-Parrocca tax-Xewkija Mons.Carmelo Mercieca ghalaq 50 sena Sacerdot.  Huwa gie ordnat sacerdot fl-1964, u ilu 42 sena imexxi l-Parrocca tax-Xewkija.

Dawn kienu l-Anniversarji mportanti li qed niccelebraw din is-sena, pero tajjeb li nghidu li s-sena diehla - 2015 - ghandna 3 Anniversarji ferm importanti.

L-Istatwa Titulari ta San Gwann Battista ser taghlaq 170 sena fost il-poplu Xewki (1845).

L-istatwa ta San Gwann jghammed lil Kristu li iddur mat-toroq tax-Xewkija l-Gimgha fil-marc tad-dimostrazzjoni ser taghlaq 85 sena (1930).

L-Istatwa ta San Gwann iz-zghir li tohrog il-Hamis fil-Marc grandjuz maghruf bhala l-marc tal-Hniena ser taghlaq 70 sena (1945).


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 21, 2014 at 02:31 PM )
<Previous   Next>
Friday, 29 th March 2024
11:01 
A+ | A- | Reset