Home arrow News arrow News arrow Kollegament dirett mal-Emigranti minn Melbourne, Awstralja
Kollegament dirett mal-Emigranti minn Melbourne, Awstralja PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Jun 21, 2014 at 03:31 PM

         Ghal sena ohra, Radju Prekursur rega' zamm l-appuntament tieghu ta' kull sena mall-emigranti Xewkin li jkunu qed jiccelebraw il-festa ta' San Gwann f'Melbourne, l-Awstralja.

 IMG_1286-1024
 Waqt it-Telefonata ma' l-emigranti

 

Dan il-programm specjali kien immexxi minn Laurie Zammit u Frans Galea, filwaqt li prezenti fl-istudjos kien hemm ukoll Rita Attard u Stephen Buttigieg, zewg membri tal-Kumitat ta' St. John The Baptist Association ta' Melbourne.  Prezenti wkoll fl-istudjos ta' Radju Prekursur kien hawn l-Arcipriet tal-Parrocca taghna li wassal ukoll messagg lill-emigranti Xewkin fl-okkazjoni tal-festa tal-Patrun taghna San Gwann Battista.  Il-kollegament li beda ghall-habta tas-12.45pm, sar meta l-emigranti kienu waqt id-Dinner Dance li tigi organizzata lejlet il-Festa ta' San Gwann.  Min-naha ta' Melbourne mexxa dan il-kollegament Jesmond Attard.  

 Kienu bosta dawk l-emigranti li waslu l-messagg taghhom lil qrabathom Xewkin.  Fi tmiem ta' dan il-kollegament il-President tas-St. John the Baptist Association ta' Melbourn, Sam Tabone wassal ukoll il-messagg tieghu lis-semmiegha ta' Radju Prekursur.  Wassal ukoll il-messagg tieghu il-President tal-Assocjazzjoni tal-Emigranti Xewkin ta' Sydey.

 Ripetizzjoni ta' dan il-kollegament terga tixxandar il-Hadd, 22 ta' Gunju ezatt kif jintemm il programm specjali b'kollegamenti mill-Marc ta' filghodu u kif ukoll l-ghada it-Tnejn, 23 ta' Gunju. [Ritratti Frans Galea ] Ghal Izvestia ritratti ara l Facebook page tax Xewkija.net


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Mar 02, 2015 at 05:01 PM )
<Previous   Next>
Sunday, 5 th May 2024
03:07 
A+ | A- | Reset