Home arrow News arrow News arrow Translazzjoni Solenni u Koncelebrazzjoni ta' Lejlet il-Festa
Translazzjoni Solenni u Koncelebrazzjoni ta' Lejlet il-Festa PDF Print E-mail
User Rating: / 2
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Jun 21, 2014 at 03:45 PM

Kien ghal habta tas-7.00pm meta bdiet it-Translazzjoni Solenni bir-relikwija ta' San Gwann Battista, u ezattament wara kompliet il-Koncelebrazzjoni Solenni ta' lejlet il-Festa.   Il-Koncelebrazzjoni kienet immexxija minn Mons. Joseph Sultana, Arcipriet tal-Parrocca tal-Gharb, filwaqt li l-priedka saret mill-Kan. Mikiel Borg.

 IMG_1368-1024
 Dhul tat-Translazzjoni fil-Knisja otunda

 

Il-Banda Prekursur bdiet l-attivitajiet tal-lejla b'marc bis-sehem tal-emigranti  fis-6.15pm minn hdejn il-Kazin tal-Banda Prekursur. Hekk kif il-marc wasal fil-Pjazzetta ta' wara l-Knisja, mill-Muzew tal-Iskultura bdew hergin l-Fratellanzi tal-Parrocca taghna kif ukoll l-Abbatini u l-Kleru li lkoll mxew processjonalment lejn Triq San Zakkarija ghal Pjazza San Gwann Battista.  Hadu sehem f'din it-Translazzjoni l-Kavallieri tal-Ordni Sovran Militari ta' San Gwann Battista.  Il-Banda Prekursur akkumpanjat din it-Translazzjoni bid-daqq ta' marcijiet religjuzi.  Hekk kif il-purcissjoni bir-relikwija ta' San Gwann dahlet fil-Knisja Rotunda, indaqqet l-Antifona.   Wara inghata bidu ghall-Koncelebrazzjoni Solenni bis-sehem tal-emigranti.  Din il-Koncelebrazzjoni tmexxiet mill-Arcipriet tal-Gharb, Mons. Joseph Sultana, filwaqt li l-Kan. Mikiel Borg ghamel il-priedka.  Din il-Koncelebrazzjoni ntemmet bil-Barka Sagramentali li tmexxiet minn Dun Gwann Mizzi.

L-orkestra waqt din il-Koncelebrazzjoni kienet taht id-direzzjoni ta' Mro. Colin Attard bis-sehem tal-Kor tal-Parrocca 'Vox Clamantis'.   [ Ritratti: Frans Galea ] Ghal izjed ritratti u videos zur il-Facebook page tax-Xewkija.net

IMG_1334-1024-500
 IMG_1342-1024-500
 IMG_1345-1024-500
 IMG_1350-1024-500
 IMG_1376-1024-500
 IMG_1382-1024-500
 IMG_1404-1024-500
 IMG_1408-1024-500
 IMG_1411-1024-500
 IMG_1414-1024-500

 

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 21, 2014 at 04:18 PM )
<Previous   Next>
Wednesday, 24 th April 2024
10:26 
A+ | A- | Reset